Il-Pulizija bi tfittxija intensiva | One News

Notifiki

Il-Pulizija bi tfittxija intensiva

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal sewwieq li kmieni dalgħodu baqa’ dieħel fi tliet muturi u baqa’ dieħel f’faċċata ta’ restorant f’Paceville.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 3.45 fi Triq Santu Wistin meta l-BMW kienet qed isuq wrong way.

Dan l-inċident ġie rrekordjat minn persuni li nzertaw raw din ix-xena perikoluża. Kien wara li saq għal fuq tliet muturi pparkjati li s-sewwieq baqa’ dieħel fil-faċċata tar-restorant Eat Me I’m Famous.

Il-filmat tal-inċident juri li dawk li kienu fuq il-post fil-ħin li ġara f’dan l-inċident bdew jaraw x’ġara iżda fil-mument li ntebħu li l-inċident kien qed jinbidel f’wieħed aktar perikoluż u gravi jidhru jiġru ‘l bogħod minn din il-karozza.

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident iżda l-Pulizija għadha qed tfittex lis-sewwieq, huwa mifhum li se tkun qed tanalizza ukoll bosta filmati li nġibdu minn cameras tas-sigurtà.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend