Addio Forza Nazzjonali! Tidwi l-għajta “nazzjonalisti nazzjonalisti” u “Tas-Sliema fortizza tagħna” – One News

Addio Forza Nazzjonali! Tidwi l-għajta “nazzjonalisti nazzjonalisti” u “Tas-Sliema fortizza tagħna”

Jgħidu li huma Forza Nazzjonali, iżda fil-mass meeting ta’ Tas-Sliema tkellmu ta’ Nazzjonalisti minn dawk tal-maduma. Fil-fatt kienet din l-emblema ddominat Dingli Street u mhux il-bandiera Maltija.

L-appelli kienu għall-partitarji akkaniti u l-għajta ma kinetx dik favur Malta iżda dik favur il-Partit Nazzjonalista.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil tkellem għan-nazzjonalisti sa mill-ewwel battuta tiegħu.

“Merħba f’Tas-Sliema fortizza Nazzjonalista.”

Anke l-ewwel kelliem tal-mass meeting, Ann Fenech, tkellmet biss fuq il-Partit Nazzjonalista. “Il-Partit Nazzjonalista, qam mexa u irxoxta.”

Bħala għamel il-Viċi-Kap, Beppe Fenech Adami, li qal li l-Partit Nazzjonalista se jirbaħ l-elezzjoni u mhux il-Forza Nazzjonali. “Il-PN se jmur u jirbaħ l-elezzjoni.”

U bl-għajta li se jirbaħ l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista reġa’ ħataf l-okkażjoni biex jiġbor il-flus. “Kunu ġenerużi man-nies li qed iduru bil-bramel fostkom.”

Ann Fenech għamltilhom ċara għal iktar minn darba biex joħorġu l-flus. “Get out the money.”

Intant, kif żvela one.com.mt is-Sibt indirizza l-mass meeting Manfred Weber, MEP mill-Partit Popolari Ewropew.

Qalulu jsemmi l-korruzzjoni u hekk għamel. Iżda, meta ġie biex jitkellem fuq affarijiet oħra wera li m’għandux ħjiel ta’ x’jiġri f’Malta tant li spiċċa jgħid li l-gvern Malti mhux pro-business.

F’diskors mill-iktar batut ta’ xi ħadd li kellu messaġġ xi jwassal iżda ma jafx eżatt x’inhu, Weber, qal ukoll li l-Italja problema għall-Unjoni Ewropea u dan għax sar jaf li fuq il-Fosos kien se jitkellem Matteo Renzi.

Intant, f’diskors twil Simon Busuttil reġa’ ma sabx ħin biex jgħid x’se jagħmel jekk isir Prim Ministru. Iżda, dan ma jinkwetahx. Busuttil qal li m’għandux minn xix jistħi.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *