Jikkanċellaw it-titjiriet minħabba problemi fis-sistema tal-kompjuters | One News

Notifiki

Jikkanċellaw it-titjiriet minħabba problemi fis-sistema tal-kompjuters

Il-linja tal-ajru Ingliża British Airways ikkanċellat it-titjiriet kollha mill-ajruporti ta’ Heathrow u Gatwick f’Londra minħabba problemi fis-sistema tal-kompjuters.

Fi stqarrija, il-linja tal-ajru qalet li ħsara kbira fis-sistema tal-IT wasslet biex ħafna titjiriet matul il-jum tas-Sibt kellhom ikunu kkanċellati.

Il-passiġġieri kollha affetwati ngħataw l-għażla li jibdlu l-jum tat-titjira tagħhom jew jieħdu l-flus lura.

Titjiriet ta’ linji tal-ajru oħra li jtiru minn Heathrow u Gatwick – fosthom l-Air Malta – ma kinux affetwati.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend