Il-mexxejja tal-iktar pajjiżi sinjuri jinsabu fi Sqallija | One News

Notifiki

Il-mexxejja tal-iktar pajjiżi sinjuri jinsabu fi Sqallija

Illum se jibda jiltaqa’ s-summit tal-G7 f’Taormina Sqallija. Il-pajjiżi li jiffurmaw il-G7 huma l-Istati Uniti, Renju Unit, Ġappun, l-Italja, l-Kanada u Franza.

Matul il-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa waslu fi Sqallija l-President Franċiż Emmanuel Macron, il-Prim Ministru Ingliż Theresa May u l-President tal-Istati Uniti li għalihom se jkun l-ewwel summit tal-G7.

Il-pajjiż ġirien tagħna, l-Italja, għażel li dan is-summit isir f’Taormina bl-isfond tal-baħar Mediterran bl-għan li l-mexxejja tal-pajjiżi tal-G7 li huma l-aktar pajjiżi sinjuri fid-dinja jikkonċentraw fuq il-kriżi tal-immigrazzjoni fil-Mediterran. It-tama hija li dawn il-pajjiżi jsibu soluzzjoni ta’ kif jistgħu jiżviluppaw l-ekonomija tal-Afrika biex l-immigranti li jfittxu l-ażil jonqsu.

Fuq l-aġenda, fost oħrajn, hemm it-tibdil fil-klima, suġġett li mistenni jpoġġi pressjoni fuq il-President Amerikan Donald Trump biex l-Istati Uniti tikkometti ruħha għall-ftehim ta’ Pariġi, ftehim li għandu l-mira li jnaqqas l-emmissjonijiet li jagħmlu ħsara l-ambjent.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend