Kif bdiewa u sajjieda se jibbenefikaw bil-wegħdi tal-PL – One News

Notifiki

Kif bdiewa u sajjieda se jibbenefikaw bil-wegħdi tal-PL

Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes u l-kandidat Clint Camilleri spjegaw dak li twettaq fil-qasam tal-biedja u sajd, u dak li qed iwiegħed Partit Laburista fil-Gvern.

Il-Prim Ministru qal li huwa settur żgħir imma ta’ importanza strateġika kbira. Huwa qasam regolat immens, u ħafna regoli ġejjin mill-Unjoni Ewropea. Ikun hemm, allura, limiti fuq kemm jista’ jintervjeni Gvern nazzjonali. F’dan is-settur setgħu saru ħafna wegħdiet mill-Partit Nazzjonalista, imma jkunu mhux sostenibbli u ma jistgħux jitwettqu. Dan jista’ jwassal għal sospensjoni ta’ affarijiet oħra li bdiewa jkunu qed igawdu minnu.

DAK LI TWETTAQ

Tnieda servizz ġdid tal-Extension Services, li permezz tiegħu jingħataw pariri lill-bdiewa.
Saret riċerka fl-Għammieri u sar ġbir u tkattir ta’ Riżorsi Ġenetiċi Agrikoli. Dan minbarra li ġie ffirmat Memorandum of Understanding mal-MCAST. Inħolqot mixtla tas-Siġar tal-Frott
u qed issir riċerka fl-Experimental Winery tal-Gvern fil-Buskett.

IL-PITKALIJA

Qed tingħata garanzija bankarja lill-bdiewa u ttieħdu miżuri biex tkun retifikata l-problema ta’ nuqqas ta’ kaxxi. Sar xogħol ta’ manutenzjoni infrastrutturali u kienet implimentata sistema ġdida tal-informatika.

Għaddej proċess ta’ studju biex tiġi ntrodotta riforma ġewwa l-Pitkalija li tinkludi: Binja ġdida attrezzata bil-faċilitajiet kollha ta’ pitkalija moderna. Għaddejjin proċessi ġodda li jiffaċilitaw l-istakeholders kollha Żieda fl-akkontabilità u t-trasparenza u ttieħdu miżuri favur it-titjib fil-kwalità tal-prodott.

BIEDJA

Il-bdiewa u s-sajjieda ma jħallsux income tax billi titneħħa t-3% taxxa ikkalkulata fuq il-bejgħ globali. Qed jingħata start-up tax credit ta’ €20,000 lil dawk li jidħlu u jibdew negozju fil-biedja u/jew is-sajd.

DAK LI QED IWIEGĦED PARTIT LABURISTA FIL-GVERN

  • Titfassal strateġija għall-futur tal-biedja.
  • Bdiewa u raħħala li qed jaħdmu art jew għandhom irziezet tal-Gvern, u/jew dik amministrata mill-Joint Office, jingħataw titlu legali aktar b’saħħtu.
  • Tingħata l-opportunità wkoll lill-bdiewa bona fede li jittrasferixxu t-titlu legali ta’ art, raba’ jew irziezet li huma jkunu jgawdu lill-ulied, aħwa u/jew neputijiet kemm inter vivos u kemm causa mortis.
  • Ikun provdut ilma ġdid b’xejn lill-bdiewa mill-impjanti taċ-Ċumnija fil-Mellieħa, minn ta’ Barkat fix-Xagħjra u Għajnsielem f’Għawdex u jitnedew skemi għal restawr ta’ ġwiebi għall-ġbir tal-ilma tax-xita. Il-Prim Minsitru tkellem fit tul dwar il-benefiċċji tal-fatt li issa hemm proġett fuq skala nazzjonali dwar il-ilma, li l-frott tiegħu se narawh fil-ġenerazzjonijiet li jmiss.
  • Tompli r-riforma fil-pitkalija biex jiġi żgurat li l-bdiewa jieħdu l-aktar prezz ġust għall-prodott tagħhom.
  • Tkun evalwata l-possibiltà ta’ inċentivi immirati lejn investiment f’teknoloġija ġdida inkluż dik li tikkonverti d-demel tal-annimali f’enerġija alternattiva u rinovabbli.
  • Tkun inċentivata aktar il-biedja organika u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ konservazzjoni u tkattir ta’ annimali indiġeni.

SAJD

Amministrazzjoni Laburista fil-Gvern tara li ma jiddaħlux il-kwoti tal-pixxispad għal din is-sena, filwaqt li tara kif l-aħjar din il-kwota titqassam b’mod ekwu u ġust. Isir investimenti fi proġetti li jiżdiedu l-irmiġġi speċifikament iddedikata għas-sajjieda. Tkun evalwata l-possibbiltà ta’ bini ta’ boatyard f’Marsaxlokk u jitwettaq il-proġett tal-breakwater ta’ Marsaxlokk.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend