FILMAT: Joseph Muscat b’appell mill-Gudja – One News

Notifiki

FILMAT: Joseph Muscat b’appell mill-Gudja

Fil-25 jum tal-kampanja, l-Prim Ministru u l-Mexxej laburista Joseph Muscat iltaqa’ mar-residenti tal-Gudja.

Folla mdaqqsa nġabret biex tiltaqa’ u titkellem ma’ Joseph Muscat. Huwa qal li l-Partit Laburista qed jilħaq kull naħa ta’ Malta u Għawdex u qed jiltaqa’ ma’ aktar nies biex il-messaġġ ta’ rieda tajba jasal għand kulħadd.

Dawk li nġabru stqarru mal-Mexxej laburista li l-Gvern taħt it-tmexxija tiegħu għamel differenza f’ħajjithom u għalhekk se jerġgħu jagħtu fiduċja lill-Partit Laburista biex ikomplu jgawdu mill-ġid li qed jinħoloq.

Iżda mill-Gudja, l-Prim Ministru għamel appell, biex kulħadd jiġbor il-vot tiegħu sabiex il-pajjiż ma jiqafx nofs triq u biex flimkien nkomplu naħdmu għal aktar suċċess.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend