WEGĦDA: Gvern Laburista jkabbar l-irwol tan-negozji fis-soċjetà – One News

Notifiki

WEGĦDA: Gvern Laburista jkabbar l-irwol tan-negozji fis-soċjetà

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat f’konferenza tal-aħbarijiet spjega il-proposti tal-Partit Laburista biex in-negozju jkollu rwol akbar fis-soċjetà. Il-Prim Ministru saħaq l-importanza li l-viżjoni ta’ Gvern Laburista mhijiex biss li n-negozji jgawdu minn numru ta’ vantaġġi iżda li n-negozju jkabbar is-sehem tiegħu fis-soċjetà fosthom billi n-negozji jdaħlu aktar miżuri favur il-ħaddiema.

Is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri spjegat kif matul din il-leġiżlatura, Gvern Laburista kien pro-business bi skop dan għaliex illum in-numru ta’ ażjendi kiber b’erba’ darbiet ir-rata taħt l-amministrazzjoni preċedenti, l-investiment dirett barrani żdied b’terz, l-impjiegi żdiedu b’aktar milli żdiedu fi 15-il sena L-anqas livell ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna u d-depositi tal-familji mal-banek kibru b’41%.

Min-naħa tiegħu, l-kandidat Laburista Aaron Farrugia żied fuq dak li wettaq dan il-Gvern u qal li l-proposti mħabbra huma xhieda li dan il-Gvern aktar minn qatt qabel se jkun favur in-negozju. Sostna li Gvern laburista fl-aħħar erba’ snin assigura li l-ġid jitqassam ma’ kulħadd u li biex negozju jirnexxi jeħtieġ li tkompli ssir ħidma favur il-ħaddiema.

Għalhekk, fil-leġiżlatura li jmiss Gvern Laburista se jerġa jkun pro-business, kif juru dawn il-proposti:

BIEX IN-NEGOZJI JIKKREAW IX-XOGĦOL

Jiġu estiżi u jissaħħu l-iskemi u programmi Micro Invest billi jiżdied il-valur tal-assistenza:

Minn €30,000 għal €50,000 għal intrapriżi ibbażati Malta

Għal €70,000 għal negozji b’maġġoranza ta’ isħma f’isem in-nisa jew self employed mara

Din l-iskema tinfetaħ għal negozji li jimpjegaw sa 50 fulltime (flok 30)

Jiġu estiżi l-iskemi B.Start

Jiġi assigurat li n-negozji jkollhom aċċess ġust għal kreditu mill-banek kummerċjali

Jingħataw nċentivi biex kumpaniji jerġgħu jinvestu parti mill-profitti filwaqt li jiġu estiżi mit-taxxa ta’ trasferiment ta’ ishma f’isem il-fundaturi ta’ startups, fost inċentivi oħra.

Jiġi aġġornat it-threshold biex negozji żgħar jikkwalifikaw bħala Tax Exempt mill-VAT minn €14,000 jitla’ għal €20,000

Dawn in-negozji ser jiffrankaw €1,080

In-negozji ser igawdu minn nuqqas ta’ burokrazija billi ma jkollhomx bżonn aktar jibgħatu l-formoli tal-VAT

NIPPROTEĠU N-NEGOZJI

Tiġi aġġornata l-liġi tal-kera bil-ħsieb li tingħata aktar saħħa legali lill-inkwilin li jopera ħanut

Tiġi applikata l-late payment directive u l-interessi fuq pagamenti b’lura lin-negozji li jagħtu servizz lill-Gvern

NGĦINU N-NEGOZJI JDAĦĦLU BENEFIĊĊJI ĠODDA GĦALL-ĦADDIEMA

Jingħataw inċentivi fiskali għal dawk il-kumpaniji li ser iwaqqfu pensjoni volontarja għall-ħaddiema tagħhom

Titnieda miżuri fiskali favur dawk il-kumpaniji li joffru lill-ħaddiema sehem fil-kumpanija fejn jaħdmu

Se tingħata għajnuna lil min iħallas private hospital health insurance

NGĦINU LIN-NEGOZJI JDAĦĦLU MIŻURI FAVUR IL-FAMILJI TAL-ĦADDIEMA TAGĦHOM

Tiżdied id-deduzzjoni mit-taxxa minn €20,000 għal €50,000 għal kumpaniji li joffru faċilitajiet ta’ Child Care

Jingħata inċentiv ta’ taxxa sa €20,000 għal spejjeż ta’ kumpaniji li jdaħħlu telework jew flexible hours

Tiżdied il-kooperazzjoni tas-settur privat fi programmi edukattivi, nkluż fi programmi ta’ Skola Sajf

ĦALLI N-NEGOZJI JGĦINU FIS-SETTUR TAT-TRASPORT

Jingħataw inċentivi fiskali lill-kumpaniji li tiġi żviluppata sistema ta’ shared transport u car pooling

Tiddaħħal rata ta’ taxxa ridotta ta’ 15% fuq l-ewwel seba’ snin ta’ operat għal dawk l-intraprizi li jużaw art privata biex joħolqu parkeġġ

ĦALLI N-NEGOZJI JGĦINU FIL-QASAM TAL-AMBJENT

Jiġu introdotti skemi fiskali li jinċentivaw lis-settur talkostruzzjoni jinvesti f’makkinarju, nkluż trakkijiet, aktar modern u li jniġġes anqas

Jiġu sostnuti skemi fejn negozji jibbenifikaw minn tax credits marbutin mal-effiċenzja kif jużaw l-enerġija, kif ukoll biex jużaw teknoloġiji li jikkreaw enerġija alternattiva u rinovabbli

Se jsiru skemi ta’ tax credit lill-intrapriżi li jagħmlu investiment fi proġetti ambjentali, bħal rijabilitazzjoni ta’ ġonna u riżervi naturali u dan jinkludi siti storiċi

ĦALLI N-NEGOZJI JGĦINU AKTAR FIL-ĦIDMA SOĊJALI

Tingħata sa €25,000 f’deduzzjoni mit-taxxa lil dawk il-kumpaniji li jgħinu għaqdiet volontarji permezz ta’ donazzjonijiet finanzjarji

Tkompli l-ħidma favur inizjattivi ta’ sheltered employment għal persuni b’diżabilità

Il-Gvern jidħol f’aktar arranġamenti ma’ kumpaniji biex dawn joffru servizzi soċjali bħal residenza għall-anzjani

BIEX GĦAWDEX ISIR MUTUR EKONOMIKU

Tiġi estiża l-MicroInvest minn €30,000 għal €70,000 għal kumpaniji f’Għawdex

Negozji ġodda f’Għawdex jieħdu start-up tax credit ta’ €70,000 jew 30% tal-pagi tal-ħaddiema fl-ewwel sentejn ta’ operat

Kumpaniji li joffru telework għal ħaddiema Għawdxin jingħataw sa 75% f’tax credit u sa €10,000 f’rifuzjoni ta’ salarji ta’ ħaddiema Għawdxin

Jiġu eżentati mit-taxxa għal 3 snin negozji li jirrilokaw minn Malta u nħallsu l-ispejjeż ta’ rilokazzjoni

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend