"Simon Busuttil huwa imwerwer li toħroġ il-verità" – JM | One News

Notifiki

“Simon Busuttil huwa imwerwer li toħroġ il-verità” – JM

“Kburi li dan il-Gvern huwa l-ewwel wieħed f’ħafna snin li ma jaħsibx biss fin-nies tal-lum.”

Dan kien il-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista f’attività politika taħt it-tinda fil-Mellieħa. Dan b’referenza għall-qalba tal-gass u l-impjant li se jkun qed ibiddel id-drenaġġ f’ilma.

Il-Prim Ministru spjega d-differenza bejn Gvern Laburista u Gvern Nazzjonalista. Gvern Nazzjonalista li biddel il-liġi biex ikunu jistgħu jixtru magna li taħdem bil-heavy fuel oil u li minkejja kellu rapporti tekniċi li qalulu li jekk jagħżel lil BWSC se jitfa’ lil Malta f’pajjiż tat-tielet dinja xorta waħda biegħ lil saħħitna għal €20 miljun. Min-naħa l-oħra Gvern Laburista biddel il-powerstation għal waħda li taħdem bil-gass għax mhux biss jaħseb fin-nies ta’ issa izda jaħseb ukoll fil-ġenerazzjonijiet tal-futur.

Din kienet biss bidla waħda li għamel Gvern Laburista biex jassigura ħajja ta’ kwalita għolja ukoll għal ulied uliedna. Sal-lum stess il-Prim Ministru inawgura impjant li se jkun qed ibiddel id-drenaġġ f’ilma biex ikun jista’ jagħti dan l-ilma bħala alternattiva b’xejn lill-bdiewa u l-industrija. Joseph Muscat qal li dan il-Gvern ħa azzjoni fuq t-theddida tar-rizors naturali, l-ilma, biex jipproteġi r-rizorsi għall-ġenerazzjonijiet tal-futur.

Anke fejn jidħlu finanzi, l-Prim Ministru spjega d-differenza bejn Gvern Nazzjonalista u Gvern Laburista, meta kellna Gvern Nazzjonalista ma ġemma’ xejn flus anzi daħħal lil pajjiżna fid-dejn filwaqt li Gvern Laburista rreġġistra surplus biex flok kif jgħid il-Partit Nazzjonalista li d-dejn iħalsuh ulied uliedna, Ulied uliedna jsibu l-flus fil-kaxxa ta’ Malta l-flus.

Izda l-Partit Nazzjonalista għadu lanqas fassal il-futur tal-ġenerazzjoni preżenti hekk kif ħdax-il jum qabel l-elezzjoni ġenerali għadu bla manifest. Minflok qed iħabbar proposti li jiswew miljuni, miljuni li qed jgħid li se jġib minn fondi Ewropej meta dawn il-flus, fost oħrajn, ma jistgħux jintużaw biex jitħallsu l-pensjonijiet li dwarhom għamel kalkoli ħżiena. Minflok, il-Partit Nazzjonalista u l-istar candidates ta’ Simon Busuttil qed iqattgħu l-ħin tagħhom, qal Muscat, fi kliem bħal dak ta’ Simon Busuttil li qal li  In-nar fl-impjant tort tal-korruzzjoni u Salvu Mallia li mhux biss qal li Lanqas jagħti każ x’jgħid Simon Busuttil u li jtih daqqa f’nofs wiċċu iżda qabbel in-nirien fl-impjant ta’ Sant Antnin  man-Nazziżmu.

Il-Mexxej Laburista b’referenza għall-aħbar li ħarġet ftit tal-ħin ilu li bħal ma ġara fl-ewwel każ, il-Maġistrat Dr Aaron Bugeja f’digriet li ta llum fuq rikors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, reġa’ bagħat it-tieni każ li mar bih għand maġistrat ieħor. Bħal ma ġara fl-ewwel każ, il-Kap tal-Oppożizzjoni mar b’dak li sejjaħ evidenza li ma  għandha xejn x’taqsam mal-gidba dwar il-Prim Ministru u l-familja tiegħu. Il-Maġistrat wissa wkoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni kellu mezzi oħra flok irrikorra b’rapport għand il-Maġistrat. Dan jikkonferma li l-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed biss jilgħab għall-ħin biex jipprova jgħatti l-gideb tiegħu stess.

“Simon Busuttil huwa imwerwer li toħroġ il-verità. Min xhiex qiegħed jibza’ l-Kap tal-Oppozizzjoni?”

Il-Prim Ministru qal li kieku Simon Busuttil kien Prim Ministru tefa’ persuna l-ħabs mingħajr ħtija, izda Joseph Muscat tenna li f’pajjiżna s-saltna tal-liġi tirrenja u għalhekk Simon Busuttil, li għal darb’oħra l-Prim Ministru saħaq li m’għandu ebda verità dwar dan l-attakk li għamel fuqu u fuq familtu se jkollu jerfa’ r-responsabbiltà ta’ dak li qal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend