L-ISIS jassumu r-responsabbiltà għall-attakk f'Manchester | One News

Notifiki

L-ISIS jassumu r-responsabbiltà għall-attakk f’Manchester

L-Istat Iżlamiku jew kif isejjaħ lilu nnifs, l-ISIS assuma responsabbiltà għall-attakk li sar ilbieraħ f’Manchester ilbieraħ filgħaxija wara kunċert tal-kantanta Ariana Grande.

Fuq Telegram, permezz ta’ stqarrija, l-ISIS qalu li f’dan l-attakk intuża tagħmir bi splussivi li tpoġġa fl-Arena li fiha sar il-kunċert.

Attakk li ħalla 22 vittma u 59 persuna midruba, li fil-maġġoranza tagħhom huma tfal. Liema attakk se jibqa’ memorja kerha għal dawk li għexu din l-esperjenza qarsa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend