Malta fuq il-faċċata tal-istadium ta’ Wembley – One News

Notifiki

Malta fuq il-faċċata tal-istadium ta’ Wembley

L-istadium ta’ Wembley fakkar l-għaxar snin anniversarju minn meta l-arena reġgħet fetħet. Anniversarju li fl-okkażjoni tiegħu l-faċċata tal-istadium inbidlet bl-ilwien tal-bnadar ta’ dawk il-pajjiżi li lagħbu f’din l-arena minn meta reġgħet infetħet.

F’dawn l-għaxar snin żanżnu t-turf tal-arena, 166 tim tal-futbol f’numru ta’ kompetizzjonijiet u logħob ta’ ħbiberija. Għalhekk, biex Wembley jimmarka l-anniversarju ried li juri apprezzament lit-timijiet tal-futbol li kellhom l-opportunità jilgħabu partit futbol f’dan l-istadium tant popolari.

Fil-fatt, it-tim nazzjonali ta’ Malta kien fost dawn it-timijiet hekk fit-8 ta’ Ottubru lagħab kontra l-Ingilterra fil-World Cup Group F qualifier. Partita li fiha Malta tilfet bi skor ta’ 2-0. Iżda kif jgħid il-Malti kull deni ħudu b’ġid, hekk kif din il-partita mmarkat isem Malta fuq faċċata li tant jaraw nies.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend