ARA: L-ewwel ġurnata ta’ taħriġ fil-ħajja militari ta’ rekluti ġodda – One News

Notifiki

ARA: L-ewwel ġurnata ta’ taħriġ fil-ħajja militari ta’ rekluti ġodda

Għal 113 il-żagħżugħ u żagħżugħa illum hija l-ewwel ġurnata ta’ taħriġ tagħhom fil-barracks tas-suldati ta’ Ħal Luqa, fejn minn issa se jibdew jgħaddu mill-ħajja ċivili għal dik militari. 100 minn dawn huma rekluti għar-rwol ta’ suldat, li 13 minnhom huma tas-sess femminili. 12 oħra huma fil-kariga ta’ Uffiċjal Kadett, 12 maskili, 1 femmili.

Fl-ewwel ġurnata tagħhom f’din il-karriera militari il-rekluti u l-uffiċjali kadetti ħadu l-ġurament li jservu lin-nazzjon, ir-Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni. Fil-ġimgħat li ġejjin ir-rekluti ser ikunu qed jgħaddu minn perjodu ta’ taħriġ intensiv kemm akkademiku u fiżiku. Ser ikunu eżaminati fuq kwalitajiet bħal moral tal-karattru, kwalitajiet f’tim, motivazzjoni u leadership.

L-uffiċjali kadetti ser ikunu qegħdin jivjaġġaw barra ‘l pajjiż sabiex jipparteċipaw f’korsijiet ta’ formazzjoni fl-aqwa akkademji militari fosthom l-British Army u l-Irish Defence Forces.

Fl-aħħar 4 snin iżjed minn 550 żaġħżugħ u żagħżugħa bdew il-karriera tagħhom bħala suldat fl-Armata u iżjed minn 40 bħala uffiċjali kadetti. Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela awgura lil dawn iż-żgħażagħ għal dan il-perjodu ta’ reklutaġġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend