Wegħdi biex l-ekonomija taħdem għalik – One News

Notifiki

Wegħdi biex l-ekonomija taħdem għalik

Il-Prim Minsitru Joseph Muscat dalgħodu spjega kif inħoloq il-Miraklu Ekonomiku Malti u dak li Gvern Laburista jwettaq jekk jerġa’ jkun elett. Fil-preżenza ta’ Stefan Zrinzo Azzopardi u Silvio Schembri, l-Prim Ministru qal li huma miżuri costed, imfassla dwar pjan simulat bid-dettalji. Minn naħa l-oħra, l-Oppożizzjoni għadha ma ppublikatx il-manifest elettorali.

Fakkar li bħala pajjiż, flimkien irnexxilna noħorġu lil Pajjiżna minn riċessjoni Nirreġistraw surplus finanzjarju, noħolqu rekord ta’ nies jaħdmu u nnaqsu t-taxxi għal kull min jaħdem. Dan minbarra li raħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għal kulħadd.

TNAQQIS MILL-ĠDID FIT-TAXXI   

  • Kull min jaħdem u jistinka għandu jkun ippremjat b’inqas taxxi xi jħallas. Kull min jikkontribwixxi għall-ħolqien tal-ġid għandu jgawdi aktar.
  • B’mod gradwali, amministrazzjoni Laburista fil-Gvern jagħti tax refund lil kull min jaħdem u jaqla’ sa €60,000.
  • Min jaħdem u ma jikkwalifikax biex iħallas taxxa, xorta jkun eliġibli għall dan il-benefiċċju wkoll. Din il-miżura tolqot 190,000 persuna
  • Kull persuna li taħdem se tieħu tax refund ta’ bejn €200 u €340.
  • Titnaqqas it-taxxa fuq id-dħul mill-part-time minn 15% għal 10%. Din tkun tapplika anke għal min hu self employed u hija miżura li taffettwa 28,521 persuna.
  • Jingħata  sa massimu ta’ sentejn eżenzjoni mill-ħlas tal-income tax liż-żgħażagħ li jiggradwaw f’livell ta’ Masters jew PhD.
  • L-ewwel sena tingħata lil min jiggradwa fil-livell ta’ Masters filwaqt li t-tieni sena tingħata lil min jiggradwa b’PhD.
  • Jibbenefikaw minn kważi €5,000 fis- sena u jkunu jistgħu jħallsu lura l-istudji tagħhom.
  • Jitneħħa għal kollox it-taxxa minn fuq donazzjonijiet ta’ djar residenzjali li ġenituri jagħmlu lil uliedhom.

ĦOLQIEN TA’ NIĊEĊ EKONOMIĊI ĠODDA

  • Jitfassal pjan strateġiku b’viżjoni dwar kif ser inkunu aktar kompetittivi u attraenti fl-immedjat u għall-għaxar snin li ġejjin.
  • Malta ssir ċentru internazzjonali tal-FinTech.  Isir ċentru tal-logistika u jkunu evalwati siti potenzjali li jistgħu jsiru ‘freezones’.
  • Tkun żviluppata l-art fiż-żona industrijali bejn il-Life Science Park u Mater Dei għal proġetti ta’ investiment u riċerka fis-settur fosthom dawk fil-bioinformatics.
  • Jinħoloq framework legali li jkun isaħħaħ u jikkonsolida l-ligijiet tal-propjetà intellettwali (IP) bil-ħsieb li nattiraw il- kumpaniji u persuni jistabbilixxu l-IP tagħhom f’pajjiżna.

MALTA BĦALA DESTINAZZJONI HUB GĦAL STARTUPS

  • Pajjiżna jimxi bi strategic partnerships ma’ Accelerators internazzjonali ewlenin bil-għan li jkunu identifikati u mħeġġa startups li jirrilokaw f’Malta.
  • Jitwaqqaf startup campus fi Smart City.
  • Jkun eżentat mit-taxxa l-ewwel trasferimenti ta’ ishma f’isem il-fundaturi tal-istartup li tiġi mwaqqfa f’Malta.

EKONOMIJA DIĠITALI

  • Tissaħħaħ l-industrija tad-digital gaming u jkun attirat lejn Malta development studios ta’ livell internazzjonali.
  • Ikunu xprunati investituri biex iżidu l-investiment u l-innovazzjoni fit-teknoloġiji tal-broadband veloċi, ultraveloċi u 5G.
  • Titnieda strateġija nazzjonali għall-blockchain, li hija pjattaforma għall-informazzjoni diġitali. Il-Prim Ministru identifika żewġ settur fejn pajjiżna jista’ jkun pjattaforma għal din l-istrateġija; ir-reġistru tal-artijiet u r-rekords mediċi.
  • Jibda proġett li jwassal biex Malta tingħaqad mal-Ewropa permezz ta’ cable ieħor għal servizzi tal-internet.

SERVIZZI FINANZJARJI

  • Tkompli l-ħidma biex ikun ikkonsolidat u mkabbar dan is-settur ekonomiku mill-aktar fundamentali għall-Ekonomija Maltija.
  • Jibqa’ t-twemmin li ħadd m’għandu jtappan is- servizzi finanzjarji bil-partiġġjaniżmu politiku.
  • Gvern Laburista jkomplu jsostni u jfittex, kif dejjem għamel, konsensus politiku fil-viżjoni tagħna għal Malta bħala ċentru importanti f’dan il-qasam. 
  • Flimkien u b’konsultazzjoni sħiħa, issir ħidma fuq pjan strateġiku għal dan il-qasam fuq l-għaxar snin li ġejjin. Il-pjan ikun jinkludi milestones strateġiċi li rridu jintlaħqu u jkunu implimentati. L-impenn prinċipali jibqa’ t-tkabbir tas- settur u t-tkattir tal-impjiegi.
  • Issir ħidma mal-banek u mal-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex ikun imħares in-network ta’ correspondant banks.

Barra minn hekk, il-Prim Ministru qal li Gvern Laburista se jara kif tista’ titnaqqas it-taxxa fuq l-overtime, mingħajr ma jkun hemm abbużi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend