Busuttil b’attakk dwar il-Malta Files; “KBURI” b’meta mar ixewwex fl-UE – One News

Notifiki

Busuttil b’attakk dwar il-Malta Files; “KBURI” b’meta mar ixewwex fl-UE

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, tkellem dwar il-Malta Files u għalkemm qal li dawn fihom dettalji mhux minnhom ma laqax l-appell tal-Prim Ministru biex dwar dan ikun hemm għaqda nazzjonali.

Fil-fatt, konferenza tal-aħbarijiet dwar is-suġġett bdiha billi attakka lill-Prim Ministru għax fi kliemu l-attakk fuq is-sistema vantaġġjuża Maltija minn pajjiżi kompetituri huwa tort ta’ Joseph Muscat. “Joseph Muscat ma jistax inaddaf isem pajjiżna,” qal Simon Busuttil.

“Kif tista’ tnaddaf xi ħaġa jekk ħammiġta int stess?” żied il-Kap tal-Oppożizzjoni li injora għal kollox l-appell biex gvern u oppożizzjoni jaħdmu flimkien.

Wara li għal iktar minn darba mar jitkellem kontra pajjiżna f’istituzzjonijiet Ewropew Simon Busuttil qal li “kulħadd jaf x’għamilt jien għar-reputazzjoni ta’ pajjiżna.” Mistoqsi jekk jiddispjaċihx għal meta mar fi Brussell jitkellem kontra pajjiżna iddefenda dak li għamel għax qal li m’għamel xejn ħażin.

“Its not the messenger, its the message” qal Simon Busuttil. “Mhux talli mhux każ li għamilt xi ħaġa ħażina, talli jien kburi”.

Busuttil, tkellem dwar ir-reputazzjoni ta’ Malta b’Ivan Bartolo u Ray Bugeja warajh. Ivan Bartolo jmexxi kumpanija li spiċċat sospiża minn fuq il-Borża ta’ Malta għax m’osservatx ir-regoli finanzjarji. Ray Bugeja minn naħa l-oħra ismu tfaċċa fi Swiss Leaks marbut ma’ kont ta’ 629 miljun dollaru Amerikan.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend