Xejn inqas minn €216,760,949 miċ-Ċittadinanza b'investiment għall-Fond Soċjali tal-Iżvilupp Nazzjonali | One News

Notifiki

Xejn inqas minn €216,760,949 miċ-Ċittadinanza b’investiment għall-Fond Soċjali tal-Iżvilupp Nazzjonali

Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali fi stqarrija ħabbar li d-dħul tal-Fond sal-aħħar ta’ April, 2017, jammonta għal €216,760,949.

L-ebda ammont ma ġie miġbud s’issa mil-Fond u d-dħul kollu huwa miżmum f’kont segregat li għandu l-NDSF mal-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali huwa aġenzija tal-Gvern stabbilit għall-iskop li jamministra sebgħin fil-mija tal-kontribuzzjonijiet riċevuti mill-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta, mniedi permezz tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend