Raġel arrestat fl-ajruport wara sejba ta' droga | One News

Notifiki

Raġel arrestat fl-ajruport wara sejba ta’ droga

 

Ilbieraħ wara nofsinhar, l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga arrestat raġel Grieg ta’ 45 sena fl-ajruport.

Il-raġel ġie arrestat mal-wasla tiegħu ġewwa l-ajruport Internazzjonali ta’ Malta u wara tfittxija li saret fil-bagalja instabu pakketti suspettużi li kienu jikkonsistu f’madwar 3 kilo sustanza bajda, suspettata kokaina.

Bil-każ ġie nfurmat il-Magistrat tal-Għassa Dr N.Camilleri LL.D fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuħ fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti, taħt arrest, quddiem il-maġistrat ta’ l-għassa Dr D. Clarke LL.D akkużat bl-importazjoni u pusses aggravat tad-droga kokaina,kif ukoll talli assoċja ruħu ma’ terzi persuni sabiex l-istess droga tigi mportata u traffikata f’dawn il-gzejjer.

Fizzjali tad-Dwana ta’ Malta assistew f’din is-sejba.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend