Proġetti li taw nifs ġdid lill-Kottonera – One News

Proġetti li taw nifs ġdid lill-Kottonera

F’dawn l-erba’ snin il-gvern żamm mal-wegħda tiegħu u wettaq għadd ta’ proġetti li taw nifs ġdid lill-Kottonera .

Kullana ta’ proġetti li dettalji dwarhom tahom il-Ministru għall-infrastruttura Joe Mizzi .

Proġett li biddel u sebaħ iz-zona ta’ Bormla huwa dak tal-Baċir Numru wieħed. Proġett li taħt gvern preċedenti baqa’ nofs leħja. Izda Gvern ġdid żamm mal-wegħda tiegħu u Baċir Numru Wieħed inbidel f’zona mill-isbaħ ta’ rikreazzjoni.

Issa biex ikompli jingħata l-ħajja għaddejja l-ħidma fuq l-Università Amerikana.

F’Bormla saru għadd ta’ proġetti oħra fosthom  it-tisbiħ u riabilitazzjoni ta’ Xatt ir-Riżq, xogħlijiet fil-ġnien ta’ San Ġwann t’Għuxa  u xoghlijiet fil-housing tal-Verdala. Saru wkoll interventi fuq għadd ta’ toroq, u xogħlijiet ta’ restawr  fosthom fuq il-faċċati tal-knisja ta’ Santa Tereża u l-Knisja parrokkjali.

Fil-Birgu twettqu għadd ta’ proġetti ta’ restawr fosthom fil-kjostru tal-kunvent tal-patrijiet Dumnikani u fit-taraġ prinċipali tal-Knisja ta’ San Lawrenz . Filwaqt li beda x-xogħol għar-restawr fuq il-faċċata tal-każin ta’ San Duminku u fuq il-koppla tal-knisja tal-Annunzjata.

Fl-Isla l-gvern lesta lesta xogħol ta’ tisbiħ fix-Xatt. Sar xogħol fuq il-pavimentar taz-zuntier tal-Bażilika Marija Bambina u ngħatat għajnuna meta nkixfu skulturi storiċi li kienu nstabu waqt xogħol ta’ manutenzjoni. Issa qed isir xogħol preparatorju għar-restawr tal-koppli tal-knisja ta’ San Filippu filwaqt li se jinbeda xogħol biex tissebbaħ iż-żona tad-dħul tal-Isla.

Dan apparti li qed isiru xoghlijiet fi Triq is-Sur.

Il-Ministru Joe Mizzi qal li dawn il-proġetti huma konferma ta’ kemm il-Gvern zamm kelmtu li jimpenja ruħu biex jidentifika postijiet b’potenzjal li jistgħu jiġu rijabilitati u żviluppati għall-użu pubbliku.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *