Il-President tal-Filippini jipprojbixxi t-tipjip f'postijiet pubbliċi | One News

Notifiki

Il-President tal-Filippini jipprojbixxi t-tipjip f’postijiet pubbliċi

Il-President tal-Filippini, Rodrigo Duterte ffirma ordni eżekuttiva fejn ipprojbixxa t-tipjip f’postijiet pubbliċi madwar it-tieni l-aktar pajjiż populuż fix-xlokk tal-Asja, fejn qed titqies bħala waħda mill-aktar liġijiet stretti kontra it-tipjip fir-reġjun.

Din il-projbizzjoni, li saħansitra persuna li tinqabad tikser il-liġi tista’ teħel sa massimu ta’ erba’ xhur ħabs u multa ta’ $100, tapplika kemm għal tipjip fil-pubbliku u kif ukoll fuq ġewwa.

Din il-liġi tkopri wkoll kwalunkwe reklami ta’ tabakk, fejn wieħed jista’ jeħel multa sa massimu ta’ 400,000 pesos u sentenza l-ħabs ta’ tliet snin – apparti li wieħed jista’ jitlef il-permessi tan-negozju.

Duterte kien persuna li jpejjep ħafna iżda waqqaf dan il-vizzju meta ngħata l-aħbar li qed ibgħati mill-marda tal-Buerger.

Din il-projbizzjoni hi repplika ta’ ordni li kien ħoloq Duterte fl-2012 fil-belt ta’ Davao.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend