Il-klabb tal-futbol ta' Santa Venera bi grawnd ġdid | One News

Notifiki

Il-klabb tal-futbol ta’ Santa Venera bi grawnd ġdid

Sa fl-aħħar il-klabb tal-futbol ta’ Santa Venera se jkun qed jingħata l-lok li jagħmel it-taħriġ fi grawnd tal-ghola livell bl-aqwa faċilitajiet possibbli.

Dan wara li dalgħodu kien inawgurat il-grawnd li x-xoghol fuqu ilu li beda madwar sitt snin ilu, iżda kellu jkun dan il-Gvern li ħaffef ix-xogħol biex sa fl-aħħar jibda jintuża.

Dan sar b’investiment ta’ €2 miljun. Il-grawnd se jkun qed jintuża wkoll minn tfal tal-iskola kif ukoll ghal logħob tal-ewwel diviżjoni tal-futbol u kif ukoll għall-isport tar-rugby.

Għal din l-inawgurazzjoni tkellem is-Segretarju Parlamentari għall-Isports, Chris Agius.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend