Gvern Laburista jevalwa l-potenzjal ta’ TEATRU RJAL IMSAQQAF – One News

Notifiki

Gvern Laburista jevalwa l-potenzjal ta’ TEATRU RJAL IMSAQQAF

Illum kienu ppreżentati l-miri ta’ Gvern Laburista fil-qasam kulturali jekk jingħata fiduċja mill-poplu Malti u Għadwxi nar it-tlieta ta’ Ġunju.

Il-Ministru Owen Bonniċi, fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, spjega l-importanza tas-settur kulturali fl-ekonomija Maltija, fejn xejn inqas minn 14,000 persuna taħdem f’dan il-qasam. Għalhekk jeħtieġ li dan is-settur ikompli jitjieb.

Fost il-proposti hemm li jkun evalwat il-potenzjal u l-fattibilta’ ta’ proġett għal saqaf ġdid konvertibbli għat-Teatru Rjal.

Is-saqaf isir b’senstittivita’ estetika partikolari li tixraq lil sit bħal dan. B’hekk tissolva anke l-problema tal-ħsejjes li jaffettwa lill-ġirien, inkluz l-uffiqini. Flimkien ma’ dan il-pass, isir impenn biex jikber il-potenzjal kummerċjali tat- Teatru Rjal.

Il-Ministru Owen Bonniċi flimkien spjegaw dak li twettaq fil-qasam kulturali:

  • Kien inawgurat l-akbar proġett li qatt daħlet għalih Heritage Malta – ir-restawr tal-Forti Sant’Anġlu fil-Birgu.
  • Kienu żgurati fondi Ewropej għal bosta proġetti infrastrutturali, li jinkludu r-riġenerazzjoni u l-konservazzjoni ta’ numru ta’ teżori arkitettoniċi fil-Belt
  • B’investiment ta’ €1.9M beda jsir ir-Rock Hub f’Ħal Luqa.
  • Ingħataw lill-poplu 80 wirt storiku, li kienu fi stat ta’ telqa u abbandun, permezz ta’ eżerċizzji ta’ konservazzjoni u restawr, li saru b’investiment ta’ €85 miljun.
  • Kienet introdotta l-iskema ta’ diġitizzazzjoni tas-swali taċ-ċinema.
  • Sar titjib fit-Teatru Manoel b’investiment f’teknika ġdida ta’ arja kondizzjonata
  • B’investiment ta’ €5M, zona f’Albert Town fil-Marsa, se tinbidel f’villaġġ tal-Karnival b’diversi faċilitajiet għall-arti kreattiva.
  • Kienu żgurati fondi Ewropej biex l-arkivji tax-Xandir Nazzjonali ikunu aktar aċċessibbli permezz ta’ sistemi tal-informatika.
  • Twaqqfu strutturi li jsostnu oqsma differenti fil-qasam tal- kultura, bħalma huma ż-żfin u t-teatru.
  • Tnieda programm kulturali ġdid imsejjaħ Culture Pass għall- istudenti kollha tas-sekondarja.
  • Matul il-Milied tal-2016 Pjazza San Pietru fil-Vatikan kienet imżejna permezz ta’ presepju artistiku Malti. Fl-istess sena l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali tellgħet kunċert fil-Bażilika Papali ta’ San Paolo Fuori le Mura.

INVESTIMENT FIL-QASAM TAL-KULTURA U WIRT STORIKU TA’ PAJJIŻNA

Se jsir l-akbar commitment li qatt sar billi tkun irdoppjata l-ispiża tal-Gvern fil-qasam tal-Kultura.

Inkunu kemm proattivi u reventivi fil-qasam tal- promozzjoni, kura, restawr u konservazzoni tal-wirt kulturali u storiku nazzjonali filwaqt li jiżdied l-investiment f’inizjattivi kulturali ġodda.

SALA TAL-KUNĊERTI

Ikun identifikat sit addatat għal Sala tal-Kunċerti li jservi wkoll ta’ dar għal entitajiet ta’ status nazzjonali bħal ma huma l-Orkestra Filarmonika Maltija, Żfin Malta u entitajiet kulturali nazzjonali oħrajn.

BELT JEW LOKALITA’ KULTURALI TAS-SENA

Jitnieda programm biex kull sena, lokalità tkun dikjarata bħala l-Belt jew Lokalita’ kulturali tas-sena.

Dan il-programm, li jkun wieħed kompetittiv, għandu jinċentiva l-aktar lil Kunsilli Lokali li jippromwovu l-wirt kulturali tal-Belt u r-Raħal tagħhom.

Il-Gvern jgħin direttament b’fondi speċifikament iddedikati għal dan l-iskop

RATA PREFERENZJALI TAL-INCOME TAX

Tkun estiża r-rata preferenzjali tal-income tax ta’ 7.5% li bħalissa għandhom l-isportivi, għal artisti, mużiċisti, żeffiena u nies li jaħdmu fit-teatru

Din ir-rata baxxa tkun tapplika kemm fuq xogħol part-time, kemm jekk b’impjieg full-time jew self-employed.

INCOME AVERAGING

Titnieda sistema ta’ income averaging li permezz tagħha artisti full-time, li ma jkollhomx dħul kostanti u regolari mix-xogħol artistiku tagħhom, ikunu jistgħu jaqsmu d-dħul tagħhom fuq tliet snin għal finijiet ta’ taxxa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend