“Grazzi għal Gvern Laburista, llum għandi tifel ta’ ħdax-il xahar” – Amanda Briffa – One News

Notifiki

“Grazzi għal Gvern Laburista, llum għandi tifel ta’ ħdax-il xahar” – Amanda Briffa

Din kienet il-grazzi ta’ Amanda Briffa, llum Amanda hija omm iżda għal snin twal flimkien mar-raġel tagħha ma setgħax issir omm għaliex kienu koppja infertili.

Amanda stqarret li fis-snin li għaddew Jum l-omm kienet xi ħaġa li ddejaqa għax kienet tirrapreżenta xi ħaġa li xtaqet li jkollha iżda ma setgħetx.

Konna ilna 6 snin nipprovaw, tlajna iNgilterra bagħmlu IVF switna 15,000 euros. Dak li għal ħaddieħor jiġi b’xejn aħna noffru kull ma jkollna għalih.

“Konna ilna sitt snin nipprovaw li jkollna tarbija. Ħallasna €15,000 biex għamilna l-IVF fl-Ingilterra iżda sfortunatament wara tmien ġimgħat korrejt. Dak li għal ħaddieħor jiġi b’xejn aħna bdejna nħalsu għalih.”

Iżda din il-koppja bdiet ħajja ġdida dan għaliex meta waslet lura Malta irċevew il-karta li kien  imiss lilhom li jibdew il-proċedura tal-IVF fl-isptar Mater Dei wara li kienu ilhom biss 8 xhur li applikaw.

“X’differenza li tagħmel dan il-proċess imdawwar bis-sapport u l-imħabba tal-familjari.” 

Grazzi għal dan il-proċess illum Amanda hija omm ta’ tifel ta’ ħdax-il xahar. Spjegat li koppji infertili apparti minn stress emozzjonali jgħaddu minn stress finanzjajrju u għalhekk li setgħu jagħmlu IVF b’xejn fisser ħafna għalihom.

Amanda appellat għal aktar liġijiet li jiffaċilitaw il-ħajja tal-koppji fosthom, l-embryo freezing għaliex spjegat li koppji bħalhom isofru fis-silenzju għal snin twal.

Din l-omm ma kellha xejn aktar ħlief kliem ta’ grazzi għal Joseph Muscat u Gvern Laburista li tagħhom l-opportunità li jsiru ġenituri.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend