WEGĦDA: Gvern Laburista jgħin FAMILJI joħorġu mill-faqar jew esklużjoni | One News

Notifiki

WEGĦDA: Gvern Laburista jgħin FAMILJI joħorġu mill-faqar jew esklużjoni

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar il-proposti tal-Partit Laburista għall-familji. Fi kliem il-Prim Ministru dawn il-wegħdi qed jinkludu fil-manifest elettorali wieħed mill-iktar pakketti soċjali b’saħħithom.

Il-wegħdi għandhom l-għan ewlieni li aktar nies ikunu inċentivati biex joħorġu jaħdmu. Għalhekk, se jkun qed ikompli jonqos il-faqar permezz ta’ aktar miżuri li jkomplu fuq dak li diġà sar tul dawn l-aħħar erba’ snin.

Dan jista’ jsir biss, spjega l-Prim Ministru, mhux bi kliem iżda b’miżuri. Miżuri li fost oħrajn se jassiguraw li ebda tifel jew tifla ma jkunu qed jgħixu fil-faqar.

Dawn huma l-wegħdi tal-Partit Laburista għall-familji: 

IL-FAMILJI JOĦORĠU MILL-FAQAR

Jiġi assigurat li familji bi tfal taħt is-16-il sena, fejn imqar wieħed mill-ġenituri jaħdem full-time u jkollu mill-anqas il-paga minima, bejn il-paga u l-benefiċċji soċjali jkollhom dħul aktar mill-livelli stabbiliti mill-Caritas.

Dan bl-għan li dawn il-familji jinħarġu mill-faqar jew esklużjoni soċjali.

IL-FAMILJI JINGĦATAW L-GĦAJNUNA BIEX IQUMU FUQ SAQAJHOM

Jisaħħu t-timijiet dixxiplinarji u jissokta x-xogħol minn mentors professjonijisti u speċjalizzati fi ħdan il-LEAP!

Permezz ta’ żjajjar fil-familji, dawn jiġu mgħejjuna jtejbu r-relazzjoni ta’ bejniethom u jqumu fuq saqajhom.

OVERSIGHT BODY

Flimkien mal-Università ta’ Malta, b’mod speċjali l-Fakultà tal-Wellbeing, jitwaqqaf ‘Oversight Body’ li jħejji rapport kull 3 snin biex jiġi mkejjel il-progress li jkunu għamlu l-familji Maltin u Għawdex bis-saħħa tal-miżuri u inizjattivi li jkunu ġew imdaħħla.

CHILD BONUS U BABY STARTER KIT

Kull omm tirċievi Child Bonus ta’ €300 mat-twelid jew addozzjoni tat-tarbija jew wild tagħha

Jingħata baby starter kit lil kull omm li tkun qed tistenna tarbija, u li jkun jinkludi fih diversi prodotti li għandhom jgħinu lill-omm fl-ewwel jiem tat-twelid tat-tarbija.

FOSTER CARE ALLOWANCE

Jiżdied il-foster care allowance għal €100 fil-ġimgħa għal istituzzjonijiet, djar u familji li jiffosterjaw tfal.

ADDOZZJONI

Konxji mill-ispejjeż finanzjarji relatati mal-addozzjoni, se tingħata għajnuna lil koppji li jixtiequ jaddottaw tarbija b’għajnuna diretta sa massimu ta’ €10,000. Filwaqt li jingħata rebate ukoll tal-ispejjeż li l-koppja tagħmel biex tivvjaġġa.

FOND TA’ TFADDIL

Jiddaħħlu u jsiru inċentivi ukoll biex il-ġenituri joħolqu fond ta’ tfaddil għall-pensjoni privata ta’ uliedhom sakemm dawn jilħqu 18-il sena. L-ammont massimu li jista’ jkun ikkontribwit u li fuqu tingħata tax credit ikun ta’ €2,000

JITNAQQAS IL-PIŻ TAT-TAXXA GĦAL PERSUNI LI JGĦADDU MILL-ESPERJENZA TAS-SEPARAZZJONI JEW DIVORZJU

Gvern Laburista jemmen li s-sistema m’għandhix tpoġġi piż akbar tat-taxxa fuq persuna li tkun isseparat jew iddivorzjat.

Tiġi emendata l-liġi biex f’ċirkostanzi bħal dawn il-persuni jibqgħu jibbenefikaw mill-komputazzjoni tat-taxxa oriġinali tagħhom u mhux jinqabdu f’komputazzjoni oħra li ssarraf fi ħlas akbar ta’ taxxa.

Bl-għan ewlieni li l-Gvern jieħu ħsieb lil persuni li jgħaddu mill-esperjenza tas-separazzjoni jew divorzju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend