Omm Charles Mercieca twieġeb lil Simon Busuttil f'isem ommijiet oħra | One News

Notifiki

Omm Charles Mercieca twieġeb lil Simon Busuttil f’isem ommijiet oħra

Kienu bosta r-reazzjonijiet għat-“tweġiba” li ta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, għall-mistoqsija tal-istudent Universitarju Għawdxi, Charles Mercieca, li staqsa dwar il-proposta tal-Partit Nazzjonalista għal Għawdex.

Risposta li għaliha, Simon Busuttil, għal darb’oħra ħarab milli jwieġeb u minflok qal lil dan l-istudent “sellili għal papà'” minflok spjegalu l-proposta.

Peress li l-mistoqsija ġiet minn tifel ta’ deputat Laburist, Simon Busuttil qal li ma riedx jaħli l-ħin li kien fadallu biex iwieġbu. Meta tellajna l-filmat tat-tweġiba fuq Facebook permezz tal-paġna ta’ One News, biss biss kienu aktar minn 300 persuna li kkummentaw. Qalu li l-għaġir ta’ Busuttil ma kienx xieraq. Min qal li  wieġeb hekk għax staqsa żagħżugħ b’missier Laburist, u min qal li aktarx Busuttil ma kienx jaf jispejga l-proposta tal-partit imexxi minnu.

Kitbet ukoll omm l-istudent li stqarret li minkejja li mhux xi waħda li tuża’ Facebook, “din id-darba, bħala omm li tħoss għal uliedha, ma nistax ma niktibx.”

Patricia Mercieca kitbet li dan qed tagħmlu b’responsabilità u f’isem ommijiet oħra li t-tfal tagħhom spiċċaw fil-mira ta’ attakki inġusti, għas-sempliċi raġuni li ġejjin minn kamp politiku oppost.

“Ir-risposta li ta lbieraħ Dr Simon Busuttil lil ibni kienet żejda għax jekk vera ma kellux ħin, messu sempliċiment qal hekk u mhux ipprova jiksru quddiem mijiet ta’ studenti Universitarji.”

L-omm stqarret li Simon Busuttil ilbieraħ kellu l-għan li jwassal messaġġ, li jaf minn liema kamp politiku ġej l-istudent, u li ismu se jibqa’ ttimbrat. Patricia temmet tgħid li l-Partit Nazzjonalista ma nbidel qatt u għadu “iħares jen uliedna skont it-twemmin.”

Kiteb ukoll Franco Mercieca li stqarr li minkejja li lil Simon Busuttil rringrazzjah tat-tislija, kien jippreferi kieku wieġeb il-mistoqsija onesta li għamel ibnu.

Isma’ t-tweġiba ta’ Simon Busuttil: 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend