Jekk tixtieq ittella' produzzjoni fi Pjazza Teatru Rjal; aqra hawn | One News

Notifiki

Jekk tixtieq ittella’ produzzjoni fi Pjazza Teatru Rjal; aqra hawn

Pjazza Teatru Rjal nieda Sejħa għal Proposti għall-Kalendarju Artistiku 2018. Din is-sejħa ssaħħaħ il-viżjoni strateġika tat-teatru għall-2018, iġifieri, dik li tikkumplimenta l-kwalitajiet uniċi ta’ dan is-sit b’kalendarju artistiku tal-ogħla livell.

Għaldaqstant it-teatru qiegħed jilqa’ applikazzjonijiet mingħand individwi, kumpaniji tat-teatru jew żfin, entitajiet mużikali, organizazzjonijiet kulturali, kumpaniji privati jew oħrajn li jixtiequ itellgħu produzzjonijiet fi Pjazza Teatru Rjal. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sat-Tnejn 31 ta’ Lulju 2017.

Il-formola tal-applikazzjoni flimkien ma’ dokument informattiv jistgħu jitniżżlu mis-sit tatteatru www.pjazzateatrurjal.com.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend