Raġel tilef ħajtu wara li waqa’ minn fuq ċint fil-Qawra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 ta’ dalgħodu fi Triq ir-Rizzi, il-Qawra.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li raġel Ingliż ta’ 58 sena għal xi raġuni waqa’ madwar ħames filati minn fuq ċint.
Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lill-vittma iżda sfortunatament hu ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C Scerri Herrera LL.D li ordnat li ssir Inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.