Trump jiżvela informazzjoni klassifikata dwar l-Istat Islamiku – One News

Notifiki

Trump jiżvela informazzjoni klassifikata dwar l-Istat Islamiku

Il-President Amerikan Donald Trump żvela informazzjoni klassifikata dwar l-hekk imsejħa Militanti tal-Istat Iżlamiku lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu.

Il-midja Amerikan rrapportat kif l-informazzjoni, relatata mal-użu ta’ laptops fuq ajruplani, ġiet minn sieħeb tal-Istati Uniti li ma ngħatax permess li jaqsamha mar-Russja.

Uffiċjali ċaħdu r-rapporti tal-midja Amerikana iżda membru għoli tal-partit Repubblikan ta’ Trump sejjaħ għal spjegazzjoni.

Ir-rabtiet allegati tal-kampanja elettorali ta’ Trump ma’ Moska qed jippersegwitaw il-presidenza ta’ Trump, u huma parti integrali minn numru t’investigazzjonijiet.

Għalkemm il-President innifsu ċaħadhom u sejħilhom bħala aħbarijiet foloz.

Waqt il-kampanja elettorali tiegħu, Trump kritika għal aktar minn darba lir-rival tiegħu Hillary Clinton dwar il-mod li bih aġixxiet fejn tidħol informazzjoni sensittiva.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend