Messaġġ minn Simon Busuttil | One News

Notifiki

Messaġġ minn Simon Busuttil

‘Ħbieb tiegħi,

‘Erba’ snin ilu kont wissejtkom li Labour Won’t Work.  Araw x’ġara issa?! Ħlief aħbarijiet dwar għeluq ta’ fabbriki u lukandi m’aħniex nisimgħu!

‘Erba’ snin ilu kont għedtilkom li jekk jitla’ l-Labour, il-qgħad jirdoppja. Kelli raġun għax il-qgħad minn 7,000 tela’ għal 14,000!

‘Erba’ snin ilu kont għedtilkom biex ma temmnuhx lil Joseph Muscat li kien se jraħħsilkom il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. Kont tajtkom il-parir biex taħslu l-ħwejjeġ bil-lejl, għax dik kienet l-unika soluzzjoni għall-kontijiet għolja.  Ma smajtux minni, u bqajtu bil-kontijiet għoljin  u mingħajr tariffa orħos għal bil-lejl.

‘Kont għedtilkom, erba’ snin ilu, li b’Joseph Muscat prim ministru konna se nispiċċaw għar-rkuptejna fi Brussel nitolbu bailout mill-Unjoni Ewropea. U għar-rkuptejna spiċċajna (nittalbu għall-voti).

‘Jekk erba’ snin ilu ma ħadtunix bis-serjeta’ u ma emmintunix, din id-darba m’għandkomx għalfejn ma teħduniex bis-serjeta’ u ma temnunix.

‘Issa f’idejkom.  Jien nirrispetta l-intelliġenza tagħkom.’

Simon Busuttil,
Ko-Kap tal-Forza Nazzjonali,
Dar Ċentrali,
Triq il-Gremxul,
Filfla,
Repubblika tal-Prinċipji u mhux tal-Proposti.

Ta’ QabelLi Jmiss
Felix Agius twieled fil-21 ta’ Marzu, 1948. Studja fl-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żabbar, imbagħad kompla l-edukazzjoni sekondarja u terzjarja fil-Liċeo tal-Ħamrun. Aktar tard kiseb diploma fil-Ġurnalizmu mill-International Institute of Journalism ta’ Berlin. Agius beda l-karriera fil-ġurnalizmu madwar 50 sena ilu, meta ngħaqad mal-ġurnal tal-Partit Laburista ‘Iż-Żmien’ li kien jinħadem u jkun stampat fil-Freedom Press. Wara huwa ingħaqad mal-Union Press bħala sub-editor mal-ġurnal bl-Ingliż ‘Malta News’. Għamel xi żmien fid-Dipartiment tal-iSports qabel fl-1981 inħatar editor tal-ġurnal ‘l-Orizzont’. Dam f’din il-kariga aktar minn 11-il sena, għax fis-sena 1993 huwa ingħaqad mal-gazzetta ‘KullĦadd’, (ukoll tal-Partit Laburista) bħala Editur Eżekuttiv, liema kariga dam jokkupaha sakemm irtira mix-xogħol disa’ snin ilu.

Send this to a friend