JORĦSU 28 MEDIĊINA OĦRA – One News

Notifiki

JORĦSU 28 MEDIĊINA OĦRA

Tħabbar roħs fil-prezz ta’ 28 mediċina differenti, bir-roħs ikopri sa 32%.

L-aktar roħs sinifikanti huwa fuq il-pilloli tad-dimensja, li se jorħsu b’31%. Dan ifisser li l-konsumatur se jiffranka €14.57. Se torħos ukoll it-Tamsol, li tintuża għat-trattament tal-prostata. Hawn jidħol roħs ta’ 32%.

Il-gums li jittieħdu minn min irid jaqta’ s-sigaretti se jorħsu b’20%.

Il-mediċina Aminidex, li tintuża f’każijiet ta’ kanċer tas-sider, se terġa torħos. F’Novembru 2014 kienet raħset b’60%, minn €164 ghal €66. Issa se terġa’ torħos ghal €55.80, jiġifieri roħs ta’ €10 oħra.

Il-Ministru Helena Dalli ħabbret dan ir-roħs fil-kumpanija Pharmadox. Qalet li kien l-għaxar darba li raħsu l-mediċini f’erba’ snin, u b’kollox raħsu 171 mediċina. Ir-roħs kien avveniment regolari f’dawn l-aħħar snin, fakkret il-Ministru Dalli. 

Pharmadox hija kumpanija indipendenti Maltija li tipprovdi servizz ta’ batch testing li permezz tiegħu jiġi żgurat li l-prodotti huma ta’ kwalità skond standards Ewropej u jistgħu jimbiegħu fil-pajjiżi kollha Ewropej.

Il-kumpanija waslet fi stadju avvanzat biex tkun f’pożizzjoni li twessa x-xogħol tagħha biex issa tkun tista’ ukoll tiċċertifika l-kwalità ta’ prodotti li huma għal użu avvanzat bħal dawk li għandhom ikunu steriliżżati, ngħidu aħna l-injections u prodotti li jintużaw fl-għajnejn. Infatti qed tistma li se tirdoppja l-ammont ta’ haddiema minn 40 ghal 80 hekk kif se tkabbar il-premises taghha bi 800 metru kwadru.

[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/news/wp-content/uploads/2017/05/Medicine-Price-Reducations-May-2017.pdf” title=”Medicine Price Reducations May 2017″]

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend