Il-futbol Malti jitlef leġġenda; imut Ronnie Cocks – One News

Notifiki

Il-futbol Malti jitlef leġġenda; imut Ronnie Cocks

L-eks plejer, Ronnie Cocks, li huwa magħruf għal kemm il-gowl għamel u għal prestazzjoni eċċellenti tiegħu fil-grawnd, ħalla din id-dinja dalgħodu. Cocks kellu 73 sena u huwa eks-plejer ta’ Sliema Wanderers, Gżira Utd u tat-tim Nazzjonali Malti.

Mhux l-ewwel darba li Ronnie Cocks irnexxielu jagħmilha fit-titli tal-gazzetti lokali u rebaħ numru ta’ unuri fosthom bħala l-plejer tas-sena.  Żgur li l-plejers Maltin u dawk li jħobbu l-futbol qatt m’hu se jinsew lil dan l-ikona tal-futbol, li ismu huwa mnaqqax fl-istorja tal-futbol f’pajjiżna.

Dan il-plejer fenomenali Malti kien rnexxielu saħansitra jilgħab fl-Amerka, li fi żminijiet imgħoddija kienet xi ħaġa mhux tas-soltu. Iżda xi ħaġa li se jibqa’ magħruf għaliha hi, li fis-sbatax il-logħba li lagħab ma’ Pittsburgh irnexxielu jagħmel għaxar gowls. Tlieta minn dawn il-gowls għamilhom f’partita waħda, biex ismu tniżżel bħala l-ewwel plejer stranġier li għamel hat-trick f’partita waħda. Iżda minkejja dan, Cocks kien iħobbha wisq lil Malta u ġie lura.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend