Romeo Bone joħroġ mill-isptar; ma lissen ebda kelma mal-Pulizija – One News

Notifiki

Romeo Bone joħroġ mill-isptar; ma lissen ebda kelma mal-Pulizija

Tliet xhur wara li Romeo Bone ta’ 40 sena kien fil-mira ta’ karozza bomba ħareġ mill-Isptar. F’dawn ix-xhur, Bone għamel xi żmien fit-Taqsima tal-Kura instensiva wara li f’din l-isplużjoni tilef saqajh. Il-karozza bomba saret fl-20 ta’ Frar meta l-karozza ta’ Bone splodiet waqt li kien wieqaf bil-karozza quddiem it-traffic lights fi triq ewlenija fl-Imsida. Huwa mifhum li l-bomba tpoġġiet taħt il-karozza u kienet mimlija bil-ħadid.

Iżda minkejja li l-kundizzjoni ta’ Bone llum hija aħjar xorta waħda ma lissen ebda kelma mal-investigaturi u l-Pulizija u ma ta ebda informazzjoni dwar x’kien qed jagħmel qabel ma kien fil-mira ta’ dan l-attakk.

L-investigaturi jemmnu li huwa qed iżomm is-silenzju għax għandu xi tip ta’ informazzjoni li taf tindika min kien li għamel dan l-attentat fuq ħajtu. Iżda sa issa Romeo ma kixef xejn anqas informazzjoni dwar jekk irċeviex xi theddid qabel kien fil-mira ta’ karozza bomba.

Dan ifisser li l-investigazzjoni tal-Pulizija hija waħda aktar diffiċli minkejja li saru xi interrogazzjonijiet lil persuni viċin ta’ Bone li m’huwiex wiċċ ġdid għall-Pulizija. Romeo Bone kien mixli fost oħrajn bi traffikar ta’ drogi u kien investigat fuq omiċidji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend