L-istudenti jirreaġixxu: Ma jridux li d-dibattitu jkun manipulat mill-PN – One News

Notifiki

L-istudenti jirreaġixxu: Ma jridux li d-dibattitu jkun manipulat mill-PN

Ilbieraħ, inkixef il-pjan tal-PN dwar id-dibattitu tal-Università mis-sit tal-aħbarijiet tal-Università ta’ Malta, INSITE.

L-INSITE żvelat korrispondenza bejn studenti Nazzjonalisti li fosthom kien hemm Gabriel Micallef, il-President tal-Għaqda Studenti Demokristjani (SDM), bl-għan li jimmanipulaw id-dibattitu li se jsir bejn il-mexxejja nhar l-Erbgħa 17 ta’ Mejju.

Kien għalhekk li grupp ta’ studenti Universitarji bdew petizzjoni onlajn biex dan id-dibattitu jsir fl-apert minflok li jsir f’Sir Temi Zammit Hall li jesa’ biss 800 student minkejja li jattendu l-Università ta’ Malta 10,000 student.

Dan wara li bosta studenti rrimarkaw il-frustrazzjoni tagħhom għax fil-ħin li l-Kunsill tal-Istudenti Universitarji fetaħ l-applikazzjonijiet għal dawk l-istudenti li jixtiequ jattendu, is-sit kellu problemi tekniċi u għalhekk l-istudenti ma laħqux applikaw.

Il-petizzjoni li se tasal iffirmata għand il-KSU, Third Eye, il-Malta University Debating Union u l-Universita’ ta’ Malta s’issa qabżet l-elf u mitt studenti.

Il-petizzjoni tista’ tidħol fiha meta tagħfas fuq din il-link.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend