L-ewwel jum ta' Macron bħala President Franċiż | One News

Notifiki

L-ewwel jum ta’ Macron bħala President Franċiż

Emmanuel Macron ser jibda l-ewwel ġurnata tiegħu bħala President Franċiż.

Fuq nett tal-lista ta’ impenji għal dan l-ewwel jum hemm li jagħżel Prim Ministru.

Pass kruċjali għal Macron, li jrid imur tajjeb fl-elezzjonijiet parlamentari tax-xahar id-dieħel biex imexxi ‘l quddiem ir-riformi ekonomiċi li għandu ppjanati.

Aktar tard huwa se jsiefer lejn il-Ġermanja biex jiltaqa’ mal-kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel.

Huwa wiegħed li jikkonvinċi lin-nies li s-setgħa ta’ Franza mhux qed tonqos.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend