Kuntent b’Azzopardi u l-ħadma tiegħu! – One News

Notifiki

Kuntent b’Azzopardi u l-ħadma tiegħu!

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, m’għandux problema li deputat tiegħu ffirma u mexxa process li gawda minnu hu stess meta kien Segretarju Parlamentari. 

Dan anke jekk hawn eluf li dak li gawda minnu Jason Azzopardi f’ħames xhur ma gawdewx minnu fi snin.

F’perjodu fejn Jason Azzopardi kien qed jinnegozja proprjetà għalih personali, bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet ra li jibda l-proċess biex dik id-dar ma tibqax fuq konvenju mal-Awtorità tad-Djar kif kienet ilha għal snin twal.

Naturalment, biex sar dan ħallas il-gvern.  

Dan ifisser li b’deċiżjonijiet tiegħu stess meta kien responsabbli politikament, Jason Azzopardi għalaq f’ħames xhur proċess li għal eluf ta’ Maltin ma ngħalaqx fi tliet deċennji.

Għal Simon Busuttil din mhix problema.  

Għal Simon Busuttil, l-aħbar żvelata bid-dokumenti u saħansitra kkonfermata minn Jason Azzopardi nnifsu f’risposta li ħareġ,  hija biss tfigħ ta’ tajn.

Dan mhux l-uniku każ ta’ abbuż fi żmien li Jason Azzopardi kien Segretarju Parlamentari u eventwalment ministru responsabbli mis-settur.

Saħansitra l-Awditur Ġenerali qal li kellha tintrefa’ r-responsabbilta politika u uffiċjali li kienu jaqgħu taħtu kienu beżgħu li jispiċċaw il-ħabs b’dak li ġara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend