Il-Korea ta' Fuq b'tip ta' missila ġdida | One News

Notifiki

Il-Korea ta’ Fuq b’tip ta’ missila ġdida

Il-Korea ta’ fuq iddikjarat li l-missila li ttestjat il-Ħadd kienet tip ġdid ta’ rocket li huwa kapaċi li jġorr missili nukleari kbar.

Il-missila laħqet altitudni ta’ elfejn kilometru u vvjaġġat mas-seba’ mitt kilometru fejn niżlet fil-baħar fil-Punent tal-Ġappun.

Il-Korea ta’ fuq qalet li dan kien test ta’ abiltajiet ta’ rocket ballistiku żviluppat riċentament.

Dan filwaqt li l-militar tal-Korea ta’ isfel qalet li ma tistax tivverifika għalissa d-dikjarazzjonijiet tal-Korea ta’ fuq.

Il-President elett il-ġdid tal-Korea ta’ isfel Moon Jae-in, li qed ifittex aktar qbil mal-Korea ta’ fuq qal li din hija provokazzjoni bl-addoċċ fl-istess waqt li ċ-Ċina qed tħeġġeġ it-trażżin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend