L-istorja ta’ mara li lemħet raġel fis-sakra jhedded tifla ta’ sentejn fil-Belt Valletta – One News

Notifiki

L-istorja ta’ mara li lemħet raġel fis-sakra jhedded tifla ta’ sentejn fil-Belt Valletta

“Kont nilmenta ħafna li ma narax Pulizija fit-toroq Maltin. Iżda lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-21.30 fiċ-ċentru tal-Belt Valletta rajt raġel fis-sakra u tifla ta’ sentejn mingħajr żarbun tiġri warajh. Ftit tal-ħin wara rajt lir-raġel jhedded liċ-ċkejkna li jaħraqha bis-sigarett.”

Din hija l-esperjenza ta’ mara lbieraħ filgħaxija li dwarha kitbet fuq grupp popolari mal-Maltin, Are you being served, fuq is-sit soċjali ta’ facebook fejn kompliet tispjega li f’dan il-punt marret twaqqaf lir-raġel li għamel ta’ bir-ruħu daqslikieku ma ntebaħx li l-mara kienet kelmitu.

“Dan il-ħin tfixkilt u ma kontx naf x’ħa naqbad nagħmel. It-tifel tiegħi ta’ ħdax-il sena u l-ħabib tiegħu fil-pront lemħu Pulizija. Nirringrazzja lil Alla li l-Pulizija kienu hemm x’ħin kelli l-bżonn l-għajnuna. Nirringrazzja lill-Pulizija tal-Belt Valletta u lill-Pulizija kollha li jipproteġuna.”

Il-mara tkellmet dwar l-importanza tal-Pulizija, meta fil-mument li l-aktar kellha bżonn, sabet lil PC1089 li assigura li ħadd ma jweġġa’. Il-mara fil-kummenti tagħha fuq facebook irrimmarkat kemm hi importanti l-ħidma tal-uffiċjali tal-Pulizija u kellha biss kliem ta’ tifħir fil-konfront tagħhom.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend