Maġġoranza assoluta Għawdxija FAVUR il-mina – ippubblikat studju – One News

Notifiki

Maġġoranza assoluta Għawdxija FAVUR il-mina – ippubblikat studju

“Malli professjonist Għawdxi jsib xogħol Malta, għax hawn ma tantx hawn fejn taqla’ l-flus, jibda jinduna kemm jaħli ħin tiela’ u nieżel, jixtri post Malta u ma tarahx iżjed. Triq bejn Malta u Għawdex iżżommu hawnhekk.” Resident Għawdxi

“Jien imħasseb ħafna dwar it-terrapin u l-ħmieġ li se jinqalgħu biex tinbena l-mina, x’se jsir minnu dan il-blat, se nħammġu kullimkien?” Resident Għawdxi

Wieħed jrid jaħseb dwar l-impatt ta’ iżjed nies fuq Għawdex. Parking, pollution, pereżempju. U xi ngħidu għall-elettriku? Għandna vultaġġ biżżejjed għal iżjed djar, hotels u ħwienet? Ma nafx kif Għawdex se jibqa’ kwiet u trankwill b’din il-mina, nispera li jkun hemm ħlas mill-Maltin u ħlas ogħla mill-barranin” Resident Għawdxi

“Il-businessman Għawdxi moħħu jaħdem mat-timetable tal-vapur. Ikollok titlaq ħesrem minn meeting għax se titlef il-vapur, dejjem qalbek ittaqtaq jekk mhux se tiġik tajba…hawn naħdmu fil-weekend biss, ma tistax taħdem hekk, jekk għandek restaurant ikollok ħafna telf hekk. Il-mina ssolvielna tliet problemi, id-double insurality, li Għawdex periferija, jiġif ieri aħna l-bogħod minn tas-Sliema u l-Belt (Valletta) fejn hemm ħafna kummerċ u turiżmu, u li aħna żgħar , fis-sens li ma hawnx nies biżżejjed għan-negozji li għandna” Negozjant Għawdxi

“Aħna ż-żgħar (sidien tal-ħwienet iż-żgħar) ma nistgħux naħdmu biss fil-weekends u fil-festi. Is-sajf tajjeb imma issa hawn ħafna kompetizzjoni. Biex Għawdxi jkollu negozju tajjeb irid ikollu bejgħ normali s-sena kollha u mhux daqqa fis-sakra u daqqa mejjet għal qatra… triq bejn Malta u Għawdex hija tajba għax tagħmel is-suq Għawdxi stabbli, tista’ tippjana” Resident u sid ta’ ħanut Għawdxi

Dawn huwa wħud mill-kummenti mniżżla fl-istudju dwar l-impatt soċjali ippreżentat dwar il-mina bejn Malta u Għawdex. L-għan tal-istudju kien li jiżvela l-opinjonijiet tal-partijiet interessati.

Jirriżulta li 82% ta’ dawn l-istakeholders jemmnu li hemm bżonn mina permanenti bejn iż-żewġ gżejjer.

Fost dawk bejn it-18 u d-29 sena, 94% jemmnu li hemm bżonn il-mina.

93% ta’ dawk b’edukazzjoni terzjarja kemmnu li hemm bżonnha wkoll.

Fost il-vantaġġi li n-nies jemmnu li ġġib magħha l-mina, hemm i-żieda fl-ammont ta’ xogħol ta’ kwalità f’Għawdex, li jiġi l-investiment privat lejn Għawdex u l-possibiltà li Maltin jgħixu Għawdex.

Meta mistoqsija dwar żvantaġġi, 46.6% qalu li m’hemmx. Iżda 16% qalu li ma jridux aktar kostruzzjoni f’Għawdex u ammont inqas ma jridx li jkun hemm żieda fl-ammont ta’ karozzi f’Għawdex.

[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/news/wp-content/uploads/2017/05/PRES-DAY-13-Marvin-Formosa-vFinal.pdf” title=”PRES DAY 13-Marvin Formosa-vFinal”]

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend