Simon Busuttil reġa’ ma laqax l-isfida ta’ Joseph Muscat biex meta jirriżulta li gideb, meta qal li l-kumpanija Egrant hi tal-Prim Ministru jew martu, jirriżenja.
Fl-aħħar ġimgħat il-Prim Ministru qal li kieku jirriżulta li din verità, jirriżenja, iżda dan mhux il-każ.
Għalhekk qal li fiċ-ċirkostanzi, għandu jkun il-Kap tal-Oppożizzjoni li jirriżenja meta jirriżulta li dan mhux minnu. Iżda, mistoqsi mill-ġurnalisti Simon Busuttil reġa’ ħarab il-mistoqsija. Biex sal-lum baqa’ ma impenjax ruħu li jerfa’ r-responsabbiltà ta’ din il-gidba politika.