Aktar nifs lil Ħaż-Żabbar permezz tal-proġett tal-ġnien tal-foss, li se jwassal biex titnaddaf iż-żona kbira daqs 44 tomna.
Wara dan il-proċess, din l-art żdingata se tinbidel f’park għall-familja. Dan se jsir b’investiment ta’ miljun u nofs ewro.
Ħabbru dan il-Ministri Helena Dalli u Jose Herrera f’konferenza tal-aħbarijiet illum wara nofsinhar. Dan il proġett se jkun qed jingħaqad ma’ diversi oħra fin-naħa t’isfel ta’ Malta.