Jekk se tkun imsiefer u trid tivvota idħol hawn | One News

Notifiki

Jekk se tkun imsiefer u trid tivvota idħol hawn

Il-Kummissjoni Elettorali qed tinforma lil dawk il-votanti li minħabba safar jixtiequ jivvutaw in-Naxxar fis-27 ta’ Mejju 2017, u li mhux se jkunu f’Malta sa nofsinhar tas-26 ta’ Mejju 2017, biex jagħmlu l-applikazzjoni tagħhom bil-ġurament li jistgħu jattendu fl-eqreb ambaxxata jew High Commission u jagħmlu l-ġurament għand Kummissarju għall-Ġuramenti hemmhekk.

Lista ta’ dawn il-kummissarji tinsab fuq il-website tal-Kummissjoni Elettorali, https://electoral.gov.mt/OathsMT. Fil-lista hemm ukoll l-indirizz elettroniku sabiex min hu interessat ikun jista’ jagħmel appuntament.

Id-dikjarazzjoni ġuramentata (scanned) trid tasal għand il-Kummissjoni Elettorali fuq [email protected] sa mhux aktar tard minn nofsinhar (ħin ta’ Malta) tal-Ġimgħa, 26 ta’ Mejju 2017.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend