Simon Busuttil imur żmerċ b’aktar minn €12-il miljun – One News

Simon Busuttil imur żmerċ b’aktar minn €12-il miljun

Il-proposti li ħareġ bihom Simon Busuttil dwar il-pensjonijiet imorru żmerċ fil-kalkoli b’miljuni ta’ ewro. 

“Dan juri biċ-ċar kemm il-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandux stoffa ta’ Prim Ministru u kemm m’huwiex ippreparat biex jiggverna. Is-surplus fiskali li rnexxielu jirreġġistra pajjiżna, Simon Busuttil ikun lest iberbqu fl-ewwel sena ta’ Gvern.”

Dan qalu l-Ministru Edward Zammit Lewis f’konferenza tal-aħbarijiet. Konferenza li matula ngħataw dettalji u ġew spjegati l-kalkoli ħżiena ta’ Busuttil li fi kliemu juru kemm Simon Busuttil ma kienx preparat għal din l-elezzjoni u għalhekk “issa qed nifhmu għalfejn Simon Busuttil irid li n-nies jivvottaw dwar il-prinċipji u mhux dwar il-proposti.”

Iċ-ċifri li preżenta l-Kap tal-Oppożizzjoni, b’kalkolu bażiku ta’ matematika juru li s-somma tan-nefqa li preżenta Busuttil marret żmerċ bi €12-il miljun.

Il-kandidat Stefan Zrinzo Azzopardi rrimmarka li fejn għal proposti oħra ma lissen ebda kelma dwar il-figuri tan-nefqa, din id-darba “ntefgħet figura” li turi nuqqas ta’ preparazzjoni.

Dan il-viżwal juri kif il-kalkoli ta’ Busuttil huma ħżiena u li somma bażika ta’ matematika tispjega dan:

[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/news/wp-content/uploads/2017/05/SB-PROPOSAL-PRESENTATION.pdf” title=”SB PROPOSAL PRESENTATION”]

 

Simon Busuttil qiegħed iwiegħed li se jkun qed iżid il-pensjoni minima minn €147 fil-ġimgħa għal €169. Din iż-żieda se tkun qed tolqot 18,000 persuna u se tiswa €8.5 miljuni. Però kalkolu sempliċi bbażat fuq il-premessi li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni tinduna li din il-proposta fil-fatt tiswa €20.5 miljun fis-sena.

Din ma kinitx l-unika proposta ta’ Simon Busuttil li tingħaqad ma’ kullana tal-proposti li dwarhom il-koalizzjoni ma għamlet ebda studju. Ħames sitwazzjonijiet huma xhieda ta’ dan: 

Għawdex:  Dwar il-proposta li ħabbar Simon Busuttil li se jkun qed jagħti inċentiv ta’ €10,000 lil min imur joqgħod Għawdex. Iżda dettalji dwar din il-proposta se joħorġu 100 jum wara l-elezzjoni.

Childcare: Il-proposta ta’ Simon Busuttil li se jkun qed jagħti childcare b’xejn lil kulħadd li tkun qed tkisser ix-xogħol kollu li għamel Gvern Laburista li wassal biex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dwar din il-proposta ukoll ma ħarġu ebda costings. 

Housing: Simon Busuttil ħabbar proposta li diġà twettqet minn Gvern Laburista li fi kliem Stefan Zrinzo Azzopardi hija turija oħra ta’ nuqqas ta’ preparazzjoni.

IIP: Il-‘prinċipju’ ta’ Simon Busuttil inbidel.

“Dan juri li filwaqt li l-Partit Laburista qed iressaq proposti li huma responsabbli u li nafu preċiżament kemm se jiswew u kif se jiġu implimentati, il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel żbalji fundamentali fil-proposti tiegħu. Il-Partit Laburista, b’mod konkrett, jista’ jżid il-pensjoni minima iżda bi ħsieb u mhux b’mod artifiċjali.” – PL

 

Ta’ QabelLi Jmiss