L-AFM b’operazzjoni ta’ salvataġġ fiż-Żurrieq – One News

Notifiki

L-AFM b’operazzjoni ta’ salvataġġ fiż-Żurrieq

Ftit tas-sigħat ilu, l-Forzi Armati ta’ Malta salvaw raġel wara li kien irrapportat li kien jinsab f’diffikultà fil-baħar taż-Żurrieq.

Ħelikopter Alouette III, intuża fl-operazzjoni ta’ salvataġġ wara li l-AFM irċivew telefonata minn persuna li qalet li r-raġel kien jinsab fil-periklu.

Ir-raġel instab fil-baħar iżomm ma’ baga wara li sab ruħu f’diffikultà.

Ir-raġel ġie salvat u l-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend