Trump jaċċetta li l-forzi Kurdi jingħataw armi biex jiġġieldu kontra l-Istat Islamiku – One News

Notifiki

Trump jaċċetta li l-forzi Kurdi jingħataw armi biex jiġġieldu kontra l-Istat Islamiku

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump aċċetta li l-forzi Kurdi jingħataw armi sabiex jiġġieldu kontra l-Istat Islamiku fis-Sirja.

Dan ifisser li l-Kurdi li jagħmlu parti mill-Forza Demokratika fis-Sirja se jkunu armati biex iqaċċtu lill-IS mill-aktar żona li hi miżgħuda b’membri tal-IS, Raqqa.

L-Istati Uniti tinsab konxja dwar it-tħassib li għandha t-Turkija rigward dan il-pass.

Dan minħabba li t-Turkija tħares lejn il-Kurdi ribelli bħala terroristi u trid li twaqqafhom milli jieħdu f’idejhom aktar teritorji fis-Sirja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend