Sena ta' suċċessi u rekords għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta | One News

Notifiki

Sena ta’ suċċessi u rekords għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Is-sena li għaddiet kienet waħda ta’ suċċessi u rekords għall-Ajruport Internazzjoni ta’ Malta fejn apparti li nkiser rekord ta’ kemm għaddew passiġġieri minn dan l-ajruport kien hemm aktar suċċessi rreġistrati f’diversi oqsma. Suċċess li wasal biss grazzi għall-ħidma tal-ħaddiema u l-uffiċjali tal-ajruport u kif ukoll, grazzi għall-isforz tal-Gvern Malti. Qal dan il-Kap Eżekuttiv tal-ajruport waqt li kien qed jindirizza l-ħamsa u għoxrin laqgħa ġenerali annwali tal-istess ajruport.

In-numru ta’ passigġiera li għaddew mill-ajruport Malti kien ta’ 10% iżjed minn dak tas-sena 2015, b’dan jagħmlu fost l-aqwa ħames ajruporti.

Borg qal li l-istrategija tas-sena li għaddiet kienet li jirnexxielhom ikabbru t-traffiku fejn fix-xhur tax-Xitwa kien għan li ntleħaq dan hekk kif it-traffiku żdied b’14% iżjed minn dak tas-sena preċedenti. Is-suċċess ġie rifless ukoll fil-profitti li għamel l-ajruport hekk kif laħqu il-€21 miljun, fejn b’kollox id-dħul rreġistrat għall-ajruport kien ta’ 9.1% iżjed mis-sena preċedenti.

Dawn is-suċċessi huma riflessa wkoll f’diversi xogħlijiet li għaddejin u li se jibdew fl-ajruport fosthom dak f’Apron 9, liema investimenti jlaħqu s-€7.2 miljun.

L-aktar destinazzjonijiet popolari jibqaw l-Ingilterra, l-Italja, il-Ġermanja u Franza b’Borg jgħid li matul dan is -Sajf se jiżdiedu ħames rotot ġodda lejn postijiet differenti u kif ukolll tliet destinazzjonijiet ġodda f’Ottubru li ġej għax-xhur Xitwin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend