FILMAT: Il-Prim Ministru jitkellem ma’ Rose u Saviour – One News

Notifiki

FILMAT: Il-Prim Ministru jitkellem ma’ Rose u Saviour

Fl-10 jum tal-kampanja, l-Prim Ministru u Mexxej Laburista ltaqa’ mal-koppja Rose u Saviour fir-residenza tagħhom f’Birkirkara. Fit-taħdita li kellhom bejniethom, il-Prim Ministru fost oħrajn spjegalhom il-proposti li l-aktar se jkunu qed jagħmlu bidla fil-ħajja tagħhom.

Fosthom, iż-żieda fil-pensjonijiet u trasport kollu b’xejn għall-anzjani. Il-Mexxej Laburista tkellem ukoll dwar il-miżura li se tkun qed iżżid il-pensjoni bi €8 fil-ġimgħa. Iżda kif dejjem jisħaq il-Prim Ministru, li dan il-moviment jemmen fil-prinċipju tal-kwalità tal-ħajja, mal-koppja f’Birkirkara tkellem ukoll dwar il-proposta li se tkun qed tagħti lura l-btajjel pubbliċi lill-ħaddiema u għalhekk dawn l-anzjani se jkunu jistgħu jgawdu aktar lil uliedhom u lin-neputijiet.

Il-koppja bi tbissima liema bħalha fuq wiċċha stqarret li kien ta’ unur kbir li kellhom lill-Prim Ministru li tant għamel ġid f’darhom. 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend