Lejliet il-Eurovision Salvu Mallia jinsulenta lil Claudia Faniello – One News

Notifiki

Lejliet il-Eurovision Salvu Mallia jinsulenta lil Claudia Faniello

Il-kandidat Nazzjonalista Salvu Mallia nsulenta lill-ambaxxatriċi Maltija għall-Eurovision, Claudia Faniello.

Salvu Mallia, li Simon Busuttil jgħid li għandu l-mod ħelu tiegħu kif jitkellem, uża kliem dispreġjattiv fil-konfront ta’ Faniello u d-dinjita’ tal-mara.

Kif jixhed dan il-kumment, għal Salvu Mallia, Claudia tista’ toħroġ għarwiena fuq il-palk.

Dan il-kumment fuq facebook segwa attakki oħra mill-kandidat Nazzjonalista li kkumenta fuq ritratt li tella’ ammiratur tal-Eurovision li jinsab f’Kyiv isegwi dan il-festival.

Dan l-ammiratur li ippoża għal ritratt mal-kantant Taljan Francesco Gabbani spiċċa jiġi attakkat minn Salvu Mallia li assuma li dan l-ammiratur tela’ l-Ukrajna mħallas minn fondi pubbliċi.

Iżda pronta kienet it-tweġiba ta’ dan l-ammiratur li spjega kif hu mhux parti minn xi delegazzjoni ta’ xi pajjiż u għalhekk aċċenna fuq il-fatt li hu jmur il-Eurovision u ħallas mill-flus personali tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend