Ghedin isejjaħ l-iskwadra proviżorja | One News

Notifiki

Ghedin isejjaħ l-iskwadra proviżorja

Il-kowċ tan-nazzjonal, Pietro Ghedin għażel l-iskwadra proviżorja li se tkun qed jilgħab waqt żewġ logħbiet internazzjonali kontra l-Ukranja u l-Islovenja f’Ġunju li ġej. Malta se tkun qed tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Ukranja f’Graz fl-Awstrija fis-6 ta’ Ġunju u logħba kwalifikanti tal-FIFA World Cup 2018 kontra l-Islovenja f’Ljubljana erbat ijiem wara.

Ghedin inkluda lil Myles Beerman  fl-għażla inizjali tiegħu wara li ż-żagħżugħ impressjona bil-prestazzjoni tiegħu mat-tim Glasgow Rangers fid-Diviżjoni tal-Premier Skoċċiż.

Beerman għandu biss 18-il sena u din hi l-ewwel darba li ġie magħżul mal-iskwadra nazzjonali.

Jurgen Degabriele, iż-żagħżugħ li jilgħab mal-Hibernians FC u li kellu rwol ewlieni waqt il-League tal-BOV Premier, ukoll issemma fl-iskwadra proviżjonali ta’ Ghedin.

Bħal Beerman, Degabriele li għandu 20 sena jinsab fit-tieni post fil-klassifika tal-plejers li skorjaw l-iktar waqt il-League tal-BOV Premier tal-2016/2017, b’total ta’ sittax-il gowl.

Il-kowċ nazzjonali għażel diversi plejers li kienu jagħmlu parti milll-ewwel skwadra Maltija ‘B’ f’Marzu, fosthom Steve Sultana, Sasha Borg, Dale Camilleri u Michael Johnson, Johann Bezzina u Lydon Micallef.

Steve Borg, Clayton Failla, Alex Muscat, Ryan Scicluna u Alfred Effiong se jkunu qed jirritornaw lura għall-finali t reġgħu jinsabu fil-lista li jistgħu jagħmlu parti mill-iskwadra finali.

Jean Paul Farrugia mhux se jkun qed jagħmel parti mill-iskwadra wara li ġie sospiż għall-qualifier kontra l-Islovenja fl-10 ta’ Ġunju, dan wara li ma baqax membru tal-iskwadra finali waqt il-logħoba kontra l-Islovakkja, fejn Malta tilfet 3-1,  fl-Istadium Nazzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend