Erba' persuni maħsuba mejta wara għargħar kbir fil-Kanada | One News

Notifiki

Erba’ persuni maħsuba mejta wara għargħar kbir fil-Kanada

Erba’ persuni ġew irrapportati neqsin wara li seħħ wieħed mill-akbar każi ta’ għarar f’żoni differenti fil-Kanada.

Fil-provinċja ta’ Quebec, il-Pulizija qed tfittex raġel u tarbija li nġarru mill-kurrent wara li l-karozza tagħhom nġarret għal ġo xmara.

Fil-British Columbia, in-naħa l-oħra tal-pajjiż, timijiet tas-salvataġġ qed ifittxu għal żewġt irġiel, fosthom jinkludu kap tad-Dipartiment tat-tifi tan-nar li safa nieqes tard il-Ġimgħa filgħaxija.

L-għarar affettwa wkoll il-provinċja ta’ Ontario u New Brunswick.

Fost il-persuni nieqsa hemm ukoll raġel anzjan ta’ 76 sena li ħadd għadu ma jaf fejn hu.

Għadd ta’ suldati qed jassistu lil dawk li sfaw milquta minn dan l-għarar filwaqt li l-iskejjel ingħalqu.

S’issa huma 1,500 persuna li evakwaw iż-żoni milquta, fejn huma bosta oħra li bħalissa qed jagħmlu l-istess permezz tal-għajnuna tas-suldati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend