TRASPORT: Trasport b’xejn lill-istudenti kollha – One News

Notifiki

TRASPORT: Trasport b’xejn lill-istudenti kollha

Wara l-ħidma li għamel Gvern Laburista, biex illum il-poplu qed igawdi minn sistemi ta’ trasport aqwa u ta’ kwalità. Fil-ħames snin li ġejjin, jwiegħed li se jkompli jagħti attenzjoni lil dan is-settur.

  • Trasport b’xejn lill-istudenti kollha b’superviżjoni
  • Mass Rapid Transport System Trasport
  • pubbliku b’xejn għall-istudenti, tfal, pensjonanti u persuni b’diżabilita’

TRASPORT B’XEJN LILL-ISTUDENTI KOLLHA B’SUPERVIŻJONI

Gvern Laburista se jkun qed joffri trasport b’xejn għall-iskejjel kollha, kemm tal-Gvern, tal-Knisja u privati. Servizz li se jkun qed jassigura ukoll superviżjoni waqt il-vjaġġ. Wegħda li se tkun qed tnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku l-peak hour ta’ filgħodu.

TRASPORT PUBBLIKU B’XEJN

Studenti, tfal, pensjonanti u persuni b’diżabilita’ ser jibdew jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku b’xejn.

Se jkunu qed jiddaħħlu programmi biex individwu jkun jista’ jivvjaġġa b’xejn bil-karozza tal-linja jekk, b’mod volontarju, jirrinunzja l-liċenzja tas-sewqan tal-karozza li jkollu. Gvern Laburista se jkun qed ikompli jsostni l-iskemi ta’ scrappage. Filwaqt li se ssir skema sabiex kull persuna li tibdel karozza antika u flokha tagħżel li tixtri mutur sa 125cc tingħata voucher sa massimu ta’ €2,500.

INVESTIMENT MODERN FL-INFRASTRUTTURA U T-TRASPORT GĦAL PAJJIŻNA

Gvern Laburista se jkun qed jaħdem biex titnaqqas il-konġestjoni tat-traku, jitnnaqsu l-emmissjonijiet mid-dħaħen u tittejjeb l-kwalità tal-arja. Partit Laburista fil-Gvern se jinvesti f’Mass Rapid Transport System. Il-Prim Ministru spjega li dan hu l-akbar commitment serju li qatt sar favur investiment modern fl-infrastruttura u t-trasport għal Pajjiżna, proġett li se jinħadem flimkien mas-settur privat.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend