EDUKAZZJONI: Jitneħħa l-ħlas tal-eżamijiet, edukaturi ‘supply’ isiru tal-post – One News

Notifiki

EDUKAZZJONI: Jitneħħa l-ħlas tal-eżamijiet, edukaturi ‘supply’ isiru tal-post

Fost il-proposti imressqa mill-Partit Laburista għall-qasam edukattiv hemm dawk marbuta mal-edukazzjoni.

JITNEĦĦEW IL-ĦLASIJIET MINN FUQ L-EŻAMIJIET KOLLHA TAL-MATSEC U SEC

Fost oħrajn qed ikun propost li jitneħħew il-ħlasijiet minn fuq l-eżamijiet kollha tal-MATSEC u s-SEC. Fl-istess ħin l-eżamijiet għandhom jibdew isiru fl-istess skola fejn l-istudenti jkunu jattendu.

JIŻDIEDU L-PAGI TAL-GĦALLIEMA, KAPIJIET U DEPUTATI KAPIJIET

Ma tonqsox l-anqas ir-referenza lejn ir-riżors uman, b’Joseph Muscat ħabbar dalgħodu li teżisti l-ħtieġa li jinbeda proċess biex il-pagi u s-salarji tal-għalliema, kapijiet u deputati kapijiet jerġgħu jiżdiedu.

EDUKATURI SUPPLY ISIRU TAL-POST

Filwaqt li se jinbeda proċess biex is-supply teachers, supply LSAs u Supply Kindergarten Assistants isiru impjegati tal-post. L-istudenti apprentisti għandhom jibdew jitħallsu tal-anqas il-paga minima u l-kumpaniji li joffru apprentistat jingħataw inċentivi ta’ taxxa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend