Ara kif tista’ tkun int Miss Malta li jmiss – One News

Notifiki

Ara kif tista’ tkun int Miss Malta li jmiss

Jekk int tfajla ta’ bejn is-17 u s-26 sena, issa għandek iċ-ċans biex tieħu sehem fil-konkors tas-sbuħija Miss Malta 2017, anke jekk m’għandekx esperjenza.

Dan hekk kif għadhom kif jiftħu l-applikazzjonijiet għall-konkors ta’ din is-sena, fejn dan se jkun qed jiċċelebra l-54 sena minn meta twaqqaf għall-ewwel darba fl-1963 mill-mibkija George u Margaret Gatt Mangion.

Is-serata finali ta’ Miss Malta 2017 se tkun qed issir nhar is-Sibt 25 ta’ Novembru 2017.  Numru ta’ parteċipanti ser jintgħażlu, fejn kull parteċipanta ser tirrapreżenta lokalità f’Malta jew Għawdex.

Miss Malta 2017 se tkun l-ambaxxatriċi ta’ Malta f’konkors internazzjonali mill-isbaħ, Miss Earth 2018 . Il-mudelli jiġu ġġudikati fuq is-sbuħija, figura, u kunfidenza, pero fuq kollox fuq il-personalità. Kull minn japplika u jintgħażel jiġi ppreparat sew għas-serata finali ta’ Miss Malta li ser tintwera diretta fuq ONE.

It-tliet rebbieħa prinċipali jingħataw it-titli ta’ Miss Malta 2017, Miss Republic of Malta 2017 u Miss Tourism 2017.

L-awdizzjonijiet ser jibdew minn nhar it-Tnejn 12 ta’ Ġunju 2017. Għalhekk jekk inti għandek bejn 17 u 26 sena u mintix miżżewġa, tista’ tattendi għall-awdizzjonijiet.

Tista tibgħat email fuq [email protected] jew żur il-paġna uffiċjali ta’ Miss Malta u ibgħat messaġġ biex tingħata iktar informazzjoni dwar l-awdizzjonijiet. Kull korrispondenza tiġi mwieġba.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend