Mhux Eurovision, imma Schoolovision! | One News

Notifiki

Mhux Eurovision, imma Schoolovision!

Filwaqt illi x-xahar ta’ Mejju jġib miegħu il-preparamenti tal-Eurovision, skejjel madwar l-Ewropa jkunu qegħdin jaħdmu biex jittella’ Schoolovision fejn klassijiet taż-żgħar jirrappreżentaw lil-pajjiżhom bil-kant.

Xinhi Schoolovision?

Schoolovision huwa proġett tal-eTwinning bejn l-iskejjel Ewropej u huwa verżjoni tal-Eurovision Song Contest. Dan inbeda disa’ snin ilu minn Michael Purves tal–Iskola Primarja ta’ Yester fl-Ingilterra u jieħdu sehem fih ‘l fuq minn 30 skola kull sena.

Din is-sena se jipparteċipaw 38 skola u t-tama hi li jiksbu riżultati aħjar. Is-sena l-oħra ksibna l-aqwa riżultat mil-2009 … ġejna r-raba’ b-146 punt. Il-parteċipazzjoni ta’ Malta f’dan il-konkors bdiet tiġi koordinata minn Maria Antoinette Magro.

Kif isir dan?

Klassi minn kull pajjiż Ewropew parteċipanti, tagħżel kanzunetta biex tirrapreżenta l-pajjiżhom, din tiġi rekordjata u imtella’ online ġimgħa qabel il-konkors tal-kanzunetta. Dan jagħti ċans lit-tfal li jipparteċipaw biex isegwu l-kanzunetti tat-tfal l-oħra u jivvutaw għal-kanzunetti favoriti tagħhom.

Ġurnata qabel il-Konkors tal-Eurovision, il-pajjiżi kollha jiltaqgħu online billi jużaw Flash Meeting, bex jivvutaw, bl-istess mod li jsir fil-Eurovision Song Contest. Il-pajjiżi rebbieħa tal-ewwel postijiet jiġu mogħtija Trofej imnaqqxa.

Dan il-proġett jgħin lit-tfal isiru jafu iktar dwar pajjiżi oħra u jinteressaw ruħhom fil-kulturi differenti ta’ tfal oħra.

Il-Mużika hija l-pont bejn is-sema u l-art b’hekk hija għodda sabiħa li tgħaqqad lit-tfal Ewropej permezz tal-kanzunetta. Il-mużika tkisser l-ostaklu tal-lingwa u bħal qisha tinfthiem minn kulħadd.

Din is-sena, l-kanzunetta li se tirrapreżenta lil Malta, jisimha ‘Time Expedition’. Il-lirika kitibha tifel ta’ tmien snin, Zachary Sammut, u titkellem fuq iż-żminijiet tal-llum meta t-tfal huma ossesjonati bl-aġġeġġi iktar milli bil-logħob tradizzjonali. Għalhekk, Ozzy l-Aljen, jieħu t-tfal lura fiż-żmien u jilgħab magħhom logħob tradizzjonali, xi ħaġa li lit-tfal għoġbithom ħafna. Huma lagħbu fit-toroq dojoq tal-Imdina, l-iskola u anki Golden Bay. Il-kompożizzjoni hija ta’ John Anthony Fsadni.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend